Mogħdija tan-navigazzjoni

1946 | 1947 | 1948 | 1949 | 1950 | 1951 | 1952 | 1953 | 1954 | 1955 | 1956 | 1957 | 1958 | 1959

1953

Jannar

1

Tidħol fis-seħħ it-taxxa tal-KEFA, l-ewwel taxxa Ewropea.

Frar

10

Jiġi stabbilit is-suq komuni għall-faħam u l-mineral tal-ħadid. Il-Belġju, Franza, il-Ġermanja, l-Italja, il-Lussemburgu u l-Pajjiżi l-Baxxi jneħħu d-dazji doganali u r-restrizzjonijiet kwantitattivi fuq dawn il-materji primi.

Marzu

7

Ir-regolament dwar il-proċedura tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja jiġi ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-KEFA. Mil-lum, l-appelli previsti mit-Trattat ta' Pariġi jistgħu jiġu ppreżentati lill-Qorti.

9

Paul-Henri Spaak, President tal-assemblea ad hoc maħluqa fl-10 ta' Settembru 1952, jippreżenta abbozz ta' trattat li jistabbilixxi komunità politika Ewropea lil G. Bidault, President tal-Kunsill tal-KEFA. Din il-komunità għandha tħares id-drittijiet tal-bniedem u d-drittijiet fundamentali, tiggarantixxi s-sigurtà tal-Istati Membri kontra l-aggressjoni, tiżgura l-koordinament tal-politika barranija tal-pajjiżi Membri u bil-mod il-mod tistabbilixxi suq komuni. L-abbozz ta' Trattat jipprevedi ħames istituzzjonijiet: Kunsill Eżekuttiv Ewropew, Parlament b'żewġ kmamar, Kunsill tal-Ministri Nazzjonali, Qorti tal-Ġustizzja u Kumitat Ekonomiku u Soċjali.

15

Jinħoloq is-suq komuni għall-iskart tal-ħadid.

Awwissu

12

Il-KEFA u l-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) jiffirmaw ftehim ta' kooperazzjoni.

 Ara wkoll

Għina nitjiebu

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

IvaLE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?