Mogħdija tan-navigazzjoni
Il-Belġju, Franza, il-Ġermanja, l-Italja, il-Lussemburgu u l-Pajjiżi l-Baxxi jiffirmaw it-Trattat dwar il-Komunità Ewropea tad-Difiża (EDC) f'Pariġi.
Jidħol fis-seħħ it-Trattat dwar il-KEFA. Jean Monnet jinħatar President tal-Awtorità Għolja u Paul-Henri Spaak huwa l-President tal-Assemblea Komuni.
Il-Lussemburgu jintgħażel bħala s-sede temporanja għall-KEFA.
Tidħol fil-kariga l-Awtorità Għolja tal-KEFA.
Il-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) jiddeċiedi li jagħti deroga lill-Belġju, Franza, il-Ġermanja, l-Italja, il-Lussemburgu u l-Pajjiżi l-Baxxi mit-trattament tal-aktar nazzjon preferut sabiex ikunu jistgħu jwettqu l-obbligi tagħhom skont il-KEFA.