Mogħdija tan-navigazzjoni
Tidħol fis-seħħ il-konvenzjoni doganali bejn il-Belġju, il-Lussemburgu u l-Olanda.
It-Trattat dwar l-Unjoni tal-Punent (Trattat ta' Brussell) jiġi ffirmat mill-Belġju, Franza, il-Lussemburgu, il-Pajjiżi l-Baxxi u r-Renju Unit.
Tinħoloq l-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni Ekonomika Ewropea (OEEC) sabiex tikkoordina l-Pjan Marshall.
Inkoraġġit mill-Kumitat għall-Koordinazzjoni Internazzjonali tal-Movimenti għall-Unifikazzjoni tal-Ewropa, il-Kungress dwar l-Ewropa jiltaqa' fl-Aja, fil-Pajjiżi l-Baxxi. Dan hu presedut minn Winston Churchill u għalih jattendu 800 delegat. Il-parteċipanti jirrakkomandaw li jitwaqqfu assemblea deliberattiva Ewropea u kunsill speċjali Ewropew sabiex jieħdu ħsieb it-tħejjija tal-integrazzjoni politika u ekonomika tal-pajjiżi Ewropej. Huma jirrakkomandaw ukoll l-adozzjoni ta' karta tad-drittijiet tal-bniedem u l-ħolqien ta' Qorti tal-Ġustizzja sabiex tassigura r-rispett ta' din il-karta.