Mogħdija tan-navigazzjoni
Stimulat minn Winston Churchill, jinħoloq il-Moviment għal Ewropa Magħquda. Dan huwa ostili għall-organi sovranazzjonali u favur il-kooperazzjoni intergovernattiva.
René Courtin joħloq il-Kunsill Franċiż għal Ewropa Magħquda li aktar tard jiġi assorbit mill-Moviment Ewropew (1953). Inkoraġġit mid-Demokratiċi Kristjani, jinħoloq in-Nouvelle Equipes Internationales, li aktar tard sar magħruf bħala l-Għaqda Ewropea tad-Demokratiċi Kristjani (1965).
Jinħoloq il-Moviment Soċjalista għall-Istati Uniti tal-Ewropa. Fl-1961 dan jingħata l-isem ġdid ta' Xellug Ewropew.
Jitħabbar il-Pjan Marshall, maħsub għall-qawmien ekonomiku mill-ġdid tal-Ewropa.
F'Montreux, l-Isvizzera, isir il-Kungress tal-Federalisti tal-Unjoni Ewropea.
Organizzazzjonijiet Federalisti u Unjonisti jiltaqgħu fi ħdan il-Kumitat għall-Koordinazzjoni Internazzjonali tal-Movimenti għall-Unifikazzjoni tal-Ewropa.