You are here:

Ir-Renju Unit

Ir-Renju Unit

Ir-Renju Unit jikkonsisti fl-Ingilterra, Wales, l-Iskozja (li flimkien jiffurmaw il-Gran Brittanja) u l-Irlanda ta' Fuq. Il-ġografija tar-Renju Unit hi varjata u tinkludi rdumijiet tul uħud mill-kosti, pjanuri għoljin u pjanuri baxxi u mijiet ta' gżejjer lil hinn mill-kosta tal-Punent u tat-Tramuntana tal-Iskozja.

L-aktar setturi importanti tal-ekonomija tar-Renju Unit fl-2014 kienu l-amministrazzjoni pubblika, id-difiża, l-edukazzjoni, is-saħħa tal-bniedem u l-attivitajiet ta’ xogħol soċjali (18.3 %), il-kummerċ bl-ingrossa u bl-imnut, it-trasport, l-akkomodazzjoni u s-servizzi tal-ikel (18.4 %) u l-industrija (13.5 %).

L-imsieħba ewlenin tal-esportazzjoni tar-Renju Unit huma l-Istati Uniti, il-Ġermanja u n-Netherlands filwaqt li l-imsieħba ewlenin tal-importazzjoni huma l-Ġermanja, iċ-Ċina u l-Istati Uniti.

Kapitali: Londra

Daqs ġeografiku: 248 528 km²

Popolazzjoni: 64 308 261 (2014)

Popolazzjoni bħala % tal-popolazzjoni totali tal-UE: 12.7 % (2014)

PDG: EUR 2.223 triljun (2014)

Lingwa(i) uffiċjali tal-UE: L-Ingliż

Sistema politika: monarkija parlamentari kostituzzjonali

Pajjiż membru tal-UE: l-1 ta' Jannar 1973

Siġġijiet fil-Parlament Ewropew: 73

Munita: il-lira sterlina GBP

Membru taż-żona Schengen? Le, ir-Renju Unit mhuwiex membru taż-Żona Schengen.

Presidenza tal-Kunsill: Ir-Renju Unit kellu l-presidenza b'rotazzjoni tal-Kunsill tal-UE 5 darbiet bejn l-1977 u l-2005. Id-darba li jmiss se tkun fl-2017.

Ir-Renju Unit fl-Ewropa

Il-Parlament Ewropew

Hemm 73 membru fil-Parlament Ewropew mir-Renju Unit. Skopri min huma dawn il-MPE.

L-Uffiċċju tal-Parlament Ewropew fir-Renju Unit English

Il-Kunsill tal-UE

Fil-Kunsill tal-UE, il-ministri nazzjonali jiltaqgħu b'mod regolari biex jadottaw il-liġijiet u jikkoordinaw il-politiki tal-UE. Il-laqgħat tal-Kunsill jattendu għalihom b'mod regolari rappreżenanti tal-gvern tar-Renju Unit, skont il-qasam tal-politika li jkun qed jiġi indirizzat.

Il-Presidenza tal-Kunsill tal-UE

Il-Kunsill tal-UE ma għandux persuna waħda permanenti bħala President (bħal pereżempju, il-Kummissjoni jew il-Parlament). Minflok, xogħlu jitmexxa mill-pajjiż li jkollu l-Presidenza tal-Kunsill, li tinbidel kull sitt xhur.

Matul dawn is-6 xhur, il-ministri mill-gvern ta’ dak il-pajjiż imexxu u jgħinu jiddeterminaw l-aġenda tal-laqgħat tal-Kunsill f’kull qasam ta’ politika, u jiffaċilitaw id-djalogu ma’ istituzzjonijiet oħra tal-UE.

Dati tal-presidenzi tar-Renju Unit:

Jannar-Ġunju 1977 | Lulju-Diċembru 1981 | Lulju-Diċembru 1992 | Jannar-Ġunju 1998 | Lulju-Diċembru 2005 | Lulju-Diċembru 2017

Aktar dwar il-presidenza attwali tal-Kunsill tal-UE Deutsch français English .

Il-Kummissjoni Ewropea

Il-Kummissarju nominat mir-Renju Unit għall-Kummissjoni Ewropea hu Jonathan Hill English , li hu responsabbli għall-Istabbiltà Finanzjarja, is-Servizzi Finanzjarji u l-Unjoni tas-Swieq Kapitali.

Il-Kummissjoni hi rappreżentata f’kull pajjiż tal-UE minn uffiċċju lokali, imsejjaħ “rappreżentanza”.

Ir-Rappreżentanza tal-Kummissjoni fir-Renju Unit

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Ir-Renju Unit għandu 24 rappreżentant English fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew. Din l-entità konsultattiva – li tirrappreżenta lil dawk li jħaddmu, il-ħaddiema u gruppi oħra ta’ interess – hi kkonsultata dwar il-liġijiet proposti, sabiex tingħata idea aħjar ta’ bidliet possibbli fis-sitwazzjonijiet soċjali u tax-xogħol fil-pajjiżi membri.

Il-Kumitat tar-Reġjuni

Ir-Renju Unit għandu 24 rappreżentant English fil-Kumitat tar-Reġjuni, l-assemblea tal-UE tar-rappreżentanti reġjonali u lokali. Din l-entità konsultattiva tiġi kkonsultata dwar il-liġijiet proposti, biex tiżgura li dawn il-liġijiet iqisu l-perspettiva minn kull reġjun tal-UE.

Ir-Rappreżentanza għall-UE

Ir-Renju Unit jikkomunika wkoll mal-istituzzjonijiet tal-UE permezz tar-rappreżentanza permanenti tiegħu fi Brussell. Bħall-“Ambaxxata għall-UE” tar-Renju Unit, il-kompitu ewlieni tagħha hu li tiżgura li l-interessi u l-politiki tal-pajjiż huma segwiti b’mod effettiv kemm jista’ jkun fl-UE.

Baġits u finanzjament

Kemm jikkontribwixxi u jirċievi flus ir-Renju Unit?

Il-kontribuzzjonijiet finanzjarji tal-Istati Membri għall-baġit tal-UE huma kondiviżi b’mod ġust, skont il-mezzi. Aktar ma tkun kbira l-ekonomija ta' pajjiżek, aktar iħallas – u viċi versa. Il-baġit tal-UE ma jimmirax biex iqassam mill-ġdid il-ġid, imma pjuttost jiffoka fuq il-ħtiġijiet tal-Ewropej kollha b’mod ġenerali.

Analiżi tal-finanzi tar-Renju Unit mal-UE fl-2013:

  • Infiq totali tal-UE fir-Renju Unit: EUR 6.308 biljun
  • Infiq totali tal-UE bħala % tal-DNG tar-Renju Unit: 0.34 %
  • Kontribuzzjoni totali tar-Renju Unit għall-baġit tal-UE: EUR 14.510 biljun
  • Kontribuzzjoni tar-Renju Unit għall-baġit tal-UE bħala % tad-DNG tiegħu: 0.77 %

Aktar ċifri dwar il-baġit tal-UE, id-dħul u l-infiq:

Proġetti ffinanzjati mill-UE fir-Renju Unit:

Il-flus imħallsa fil-baġit tal-UE mir-Renju Unit jgħinu biex jiġu ffinanzjati programmi u proġetti fil-pajjiżi kollha tal-UE – bħall-bini ta’ toroq, is-sussidjar ta’ riċerkaturi u l-ħarsien tal-ambjent.

Skopri aktar dwar kif ir-Renju Unit jibbenefika mill-finanzjamenti tal-UE.

Tagħrif prattiku