Mogħdija tan-navigazzjoni
L-IsvezjaIs-sena li fiha ssieħbet fl-UE: 1995
Il-belt kapitali: Stokkolma
Żona totali: 449,964 km²
Popolazzjoni: 9.2 miljun
Munita: krona (kr)
Żona Schengen: Membru taż-żona Schengen mill-1996
L-Isvezja hija l-akbar pajjiż f’dik li hija popolazzjoni fost il-pajjiżi Nordiċi. Fil-Punent, medda ta’ muntanji tifridha min-Norveġja u fit-Tramuntana tal-Baħar Baltiku taqsam il-Golf ta' Botanja mal-Finlandja.
In-naħa t’isfel tal-pajjiż hija l-biċċa l-kbira agrikola, bil-foresti jiksu aktar u aktar art hekk kif wieħed jitla’ 'l fuq lejn it-tramuntana. Id-densità tal-abitanti hija wkoll ogħla fin-naħa t’isfel tal-Isvezja, b'ħafna min-nies jgħixu fil-wied tal-Lag Mälaren u r-reġjun Öresund.
Fl-1971, ir- Riksdag sar Parlament unikamerali. It-349 membri fi ħdanu huma eletti abbażi tar-rappreżentazzjoni proporzjonali għal mandat ta’ erba’ snin.
Fost il-popolazzjoni tiegħu l-pajjiż għandu mill-inqas 17,000 Samis indiġeni – komunità li taqla' l-biċċa l-kbira tal-qligħ tagħha mir-renni (tip ta’ ċerva). L-Isvezja tospita wkoll numru żgħir ta' Finlandiżi etniċi.
L-Isvezja tesporta l-karozzi, il-prodotti tal-inġinerija, l-azzar, apparat elettroniku u tal-komunikazzjoni u prodotti tal-karta.
L-Isvediżi kellhom rwol importanti fiż-żmien inizjali taċ-ċinema. Minn ta' quddiem insibu lil Mauritz Stiller u Victor Sjöström Mal-milja taż-żmiem, diretturi bħal Ingmar Bergman u attriċi bħal Greta Garbo, Ingrid Bergman u Anita Ekberg ħadu fama kbira barra ’l pajjiż. Ma tistax issemmi l-mużika Svediża u ma jitfaċċax f’moħħ dak li jkun il-grupp tas-snin 70 ABBA.
Il-kċina Svediża hija magħrufa għall-iSmorgåsbor (taħlit ta' ikel ta' palat fuq il-mielaħ), l-aringa Baltika, is-soppa tal-piżelli u l- pancakes .










