Is-SlovakkjaIs-Slovakkja

Is-sena li fiha ssieħbet fl-UE: 2004

Il-belt kapitali: Bratislava

Żona totali: 48,845 km²

Popolazzjoni: 5.4 miljun

Munita: Membru taż-żona tal-ewro mill-2009 (€)

Żona Schengen: Membru taż-żona Schengen mill-2007

Is-Slovakkja

Is-Slovakkja saret stat indipendenti f’Jannar 1993 wara li ċ-Ċekoslovakkja nqasmet fiż-żewġ partijiet li kienu jiffurmawha.

Il-pajjiż jinsab proprju fil-qalba tal-Ewropa, magħquda mal-ġirien tagħha permezz tax-Xmara Danubju. Il-Muntanji Karpazji jestendu matul in-nofs tan-naħa ta' fuq tal-pajjiż u jinkludu l- High Tatras destinazzjoni popolari għall-iskijjar. Hawnhekk insibu wkoll l-ogħla quċċata tal-pajjiżi – il-Gerlachovsky għolja 2 655 m. Il-pjanuri tad-Danubju jipprovdu reġjun għammiel għall-biedja li jipproduċi l-qamħ, ix-xgħir,il-patata, il-pitravi zokrija, il-frott, it-tabakk u l-għeneb.

Il-President Slovakk, li jittella’ b'vot popolari dirett għal mandat ta’ ħames snin, għandu setgħat limitati. Dan il-pajjiż għandu parlament unikamerali li l-150 membru tiegħu jiġu eletti għal mandati ta' erba' snin.

Etnikament, il-popolazzjoni hija 86% Slovakka; bl-Ungeriżi jkunu l-akbar minorità.

B’xhieda tal-istorja twila Slovakka kkaratterizzata mill-invażjonijiet, insibu bosta fortifikazzjonijiet imperċin fuq il-quċċati tal-għoljiet. Bratislava, fejn kienu jiġu nkurunati r-rejiet tal-Ungerija fil-passat, hija mogħnija b'patrimonju ta' arkitettura medjevali u barokka.

L-ikliet tradizzjonali huma l-għaġina tal-patata bil-ġobon tal-ħalib tan-nagħaġ u s-soppa tal-kaboċċi biz-zalzett.

Fost is-Slovakki l-aktar magħrufa nsibu lil Štefan Banič li fl-1913 ivvinta l-paraxut u Andy Warhol l-artist-pop li twieled l-Amerika iżda li l-ġenituri tiegħu kienu mis-Slovakkja.

Links utli

Is-Slovakkja

Għina nitjiebu

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

IvaLE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?