You are here:

Ir-Rumanija

Ir-Rumanija

Ir-Rumanija, li tinsab fix-Xlokk tal-Ewropa, hija ddominata mill-Muntanji Karpazji fit-Tramuntana tal-pajjiż filwaqt li n-Nofsinhar u ċ-ċentru tal-pajjiż hu kkaratterizzat mill-wied vast tad-Danubju li jsir delta hekk kif jersaq lejn il-Baħar l-Iswed.

L-aktar setturi importanti tal-ekonomija tar-Rumanija fl-2014 kienu l-industrija (27.3 %), il-kummerċ bl-ingrossa u bl-imnut, it-trasport, l-akkomodazzjoni u s-servizzi tal-ikel (17.9 %) u l-amministrazzjoni pubblika, id-difiża, l-edukazzjoni, is-saħħa tal-bniedem u l-attivitajiet ta' xogħol soċjali (10.3 %).

L-imsieħba ewlenin tal-esportazzjoni tar-Rumanija huma l-Ġermanja, l-Italja u Franza filwaqt li l-imsieħba ewlenin tal-importazzjoni tagħha huma l-Ġermanja, l-Italja u l-Ungerija.

Belt kapitali: Bukarest

Daqs ġeografiku: 238 391 km2

Popolazzjoni: 19 942 642 (2014)

Il-popolazzjoni bħala % tal-popolazzjoni totali tal-UE: 3.9 % (2014)

PDG: € 142.245 biljun (2013)

Lingwa(i) uffiċjali tal-UE: Ir-Rumen

Sistema politika: repubblika semi-presidenzjali

Pajjiż membru tal-UE: l-1 ta' Jannar 2007

Siġġijiet fil-Parlament Ewropew 32

Munita: RON il-leu Rumen

Membru taż-żona Schengen? Le, ir-Rumanija mhijiex membru taż-Żona Schengen.

Il-Presidenza tal-Kunsill: Ir-Rumanija se jkollha l-presidenza b'rotazzjoni tal-Kunsill tal-UE għall-ewwel darba fl-2019.

Ir-Rumanija fl-UE

Il-Parlament Ewropew

Hemm 32 membru tal-Parlament Ewropew mir-Rumanija. Sib min huma l-MPE Rumeni

L-Uffiċċju tal-Parlament Ewropew fir-Rumanija română

Il-Kunsill tal-UE

Fil-Kunsill tal-UE, il-ministri nazzjonali jiltaqgħu regolarment biex jadottaw il-liġijiet tal-UE u jikkoordinaw il-politiki. Fil-laqgħat tal-Kunsill jiltaqgħu regolarment rappreżentanti mill-gvern tar-Repubblika Ċeka, skont il-qasam ta' politika li jkun qed jiġi indirizzat.

Il-Presidenza tal-Kunsill tal-UE

Il-Kunsill tal-UE m’għandux persuna waħda permanenti bħala President (bħal pereżempju, il-Kummissjoni jew il-Parlament). Minflok, ix-xogħol jitmexxa mill-pajjiż li jkollu l-Presidenza tal-Kunsill, li tinbidel kull sitt xhur.

Matul dawn is-6 xhur, il-ministri mill-gvern ta’ dak il-pajjiż jippresiedu u jgħinu jiddeterminaw l-aġenda tal-laqgħat tal-Kunsill f’kull qasam ta’ politika, u jiġi ffaċilitat id-djalogu ma’ istituzzjonijiet oħra tal-UE.

Id-dati tal-presidenzi Rumeni:

Lulju-Diċembru 2019

Aktar dwar il-presidenza kurrenti tal-Kunsill tal-UE Deutsch français English .

Il-Kummissjoni Ewropea

Il-Kummissarju nominat mir-Rumanija għall-Kummissjoni Ewropea hi Corina Creţu English , li hi responsabbli għall-Politika Reġjonali.

Il-Kummissjoni hija rrappreżentata f’kull pajjiż tal-UE minn uffiċċju lokali, imsejjaħ “rappreżentanza”.

Ir-Rappreżentanza tal-Kummissjoni fir-Rumanija

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Ir-Rumanija għandha 15-il rappreżentant English fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew. Din l-entità konsultattiva – li tirrappreżenta lil dawk li jħaddmu, il-ħaddiema u gruppi oħra ta’ interess –hija kkonsultata dwar il-liġijiet proposti, għal idea aħjar ta’ bidliet possibbli tas-sitwazzjonijiet soċjali u tax-xogħol fil-pajjiżi membri.

Il-Kumitat tar-Reġjuni

għandha 15-il rappreżentant English fil-Kumitat tar-Reġjuni, l-assemblea tar-rappreżentanti reġjonali u lokali tal-UE. Din l-entità konsultattiva hi kkonsultata dwar il-liġijiet proposti, biex jiġi żgurat li dawn il-liġijiet iqisu l-perspettiva minn kull reġjun tal-UE.

Ir-rappreżentanza permanenti għall-UE

Ir-Rumanija tikkomunika wkoll mal-istituzzjonijiet tal-UE premezz tar-rappreżentanza permanenti fi Brussell. Bħall-"ambaxxata tal-UE" tar-Rumanija, il-kompitu ewlieni tagħha hu li l-interessi u l-politiki tal-pajjiż huma segwiti bl-aktar mod effettiv possibbli fl-UE.

Baġits u finanzjament

Kemm tikkontribwixxi u tirċievi flus ir-Rumanija?

Il-kontribuzzjonijiet finanzjarji tal-Istati Membri għall-baġit tal-UE huma kondiviżi b’mod ġust, skont il-mezzi. Aktar ma tkun kbira l-ekonomija tal-pajjiż tiegħek, aktar tħallas – u viċi versa. Il-baġit tal-UE m'għandux l-għan li jqassam mill-ġdid il-ġid, imma pjuttost jiffoka fuq il-ħtiġijiet tal-Ewropej kollha b’mod ġenerali.

It-tqassim tal-finanzi tar-Rumanija mal-UE fl-2013:

  • L-infiq totali tal-UE fir-Rumanija – € 5.561 biljun
  • L-infiq totali tal-UE bħala % tad-DGN tar-Rumanija – 4.01 %
  • Il-kontribuzzjoni totali Rumena għall-baġit tal-UE – € 1.369 biljun
  • Il-kontribuzzjoni Rumena għall-baġit tal-UE bħala % tad-DGN tagħha — 0.99 %

Aktar ċifri dwar il-baġit, id-dħul u l-infiq tal-UE:

Proġetti ffinanzjati mill-UE fir-Rumanija

Il-flus imħallsa fil-baġit tal-UE mir-Rumanija jgħinu biex jiġu ffinanzjati programmi u proġetti fil-pajjiżi kollha tal-UE - bħall-bini ta’ toroq, is-sussidjar ta’ riċerkaturi u l-ħarsien tal-ambjent.

Skopri aktar dwar kif ir-Rumanija tibbenefika mill-finanzjamenti tal-UE.

Tagħrif prattiku