Mur għall-kontenut ewlieni

Ħarsa ġenerali

Belt kapitali: Liżbona

Lingwa(i) uffiċjali tal-UE: il-Portugiż

Pajjiż membru tal-UE: mill-1 ta’ Jannar 1986

Munita: l-euro. Membru taż-żona tal-euro mill-1 ta’ Jannar 1999

Schengen: membru taż-żona Schengen mis-26 ta’ Marzu 1995

ĊifriDaqs ġeografiku - popolazzjoni - prodott domestiku gross (PDG) per capita skont l-istandards tal-poter tal-akkwist

Is-sistema politika

Il-Portugall huwa repubblika semi-presidenzjali b’kap tal-gvern - il-prim ministru - u kap tal-istat - il-president, li għandu s-setgħa li jaħtar il-prim ministru u membri oħra tal-gvern. Il-pajjiż huwa amministrattivament maqsum fi 308 muniċipalitajiet, maqsumin fi 3,092 parroċċa ċivili. Operazzjonalment, l-uniċi unitajiet amministrattivi lokali legalment identifikabbli huma l-muniċipalità u l-parroċċa ċivili, u l-gvern nazzjonali.

Il-pożizzjoni fuq il-mappa tal-UE

Il-kummerċ u l-ekonomija

L-aktar setturi importanti tal-ekonomija tal-Portugall fl-2020 kienu l-kummerċ bl-ingrossa u bl-imnut, it-trasport, l-akkomodazzjoni u s-servizzi tal-ikel (20.8%), u l-amministrazzjoni pubblika, id-difiża, l-edukazzjoni, is-saħħa tal-bniedem u l-attivitajiet ta’ xogħol soċjali (20.7%) u l-industrija (17.4%).

Il-kummerċ fi ħdan l-UE jammonta għal 71% tal-esportazzjonijiet tal-Portugall (Spanja 25%, Franza 14% u l-Ġermanja 12%), filwaqt li barra mill-UE 6% jmorru fir-Renju Unit u 5% fl-Istati Uniti.

F’termini ta’ importazzjonijiet, 75% jiġu minn Stati Membri tal-UE (Spanja 33%, il-Ġermanja 13% u Franza 7%), filwaqt li barra mill-UE 5% jiġu miċ-Ċina u 3% mir-Renju Unit.

Il-Portugall fl-UE

Il-Parlament Ewropew

Hemm 21 membru tal-Parlament Ewropew mill-Portugall. Skopri min huma dawn il-MPE.

L-Uffiċċju tal-Parlament Ewropew fil-Portugall

Il-Kunsill tal-UE

Fil-Kunsill tal-UE, il-ministri nazzjonali jiltaqgħu b'mod regolari biex jadottaw il-liġijiet tal-UE u jikkoordinaw il-politiki. Il-laqgħat tal-Kunsill jattendu għalihom regolarment rappreżentanti tal-Gvern Portugiż, skont il-qasam tal-politika li jkun qed jiġi indirizzat

Il-Presidenza tal-Kunsill tal-UE

Il-Kunsill tal-UE m’għandux persuna waħda permanenti bħala president (bħal pereżempju, il-Kummissjoni jew il-Parlament). Minflok, ix-xogħol jitmexxa mill-pajjiż li jkollu l-Presidenza tal-Kunsill, li jinbidel kull sitt xhur.

Matul dawn is-6 xhur, il-ministri mill-gvern ta’ dak il-pajjiż jippresiedu u jgħinu jiddeterminaw l-aġenda tal-laqgħat tal-Kunsill f’kull qasam ta’ politika, u jiffaċilitaw id-djalogu ma’ istituzzjonijiet oħra tal-UE.

Dati tal-Presidenzi Portugiżi:

Jannar-Ġunju 1992 | Jannar-Ġunju 2000 | Lulju-Diċembru 2007

Il-Presidenza tal-Kunsill tal-UE

Il-Presidenza attwali tal-Kunsill tal-UE

Il-Kummissjoni Ewropea

Il-Kummissarju nominat mill-Portugal għall-Kummissjoni Ewropea hi Elisa Ferreira, li hi responsabbli għall-Koeżjoni u r-Riformi.

Il-Kummissjoni hija rrappreżentata f’kull pajjiż tal-UE minn uffiċċju lokali, imsejjaħ “rappreżentanza”.

Ir-Rappreżentanza tal-Kummissjoni fil-Portugall

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Il-Portugall għandu 12-il rappreżentant fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew. Dan il-korp konsultattiv – li jirrappreżenta lil dawk li jħaddmu, il-ħaddiema u gruppi oħra ta’ interess – huwa kkonsultat dwar il-liġijiet proposti, biex ikun hemm idea aħjar tal-bidliet possibbli tas-sitwazzjonijiet soċjali u tax-xogħol fil-pajjiżi membri.

Il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

Il-Portugall għandu 12-il rappreżentant fil-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni, l-assemblea tal-UE tar-rappreżentanti reġjonali u lokali. Dan il-korp konsultattiv jiġi kkonsultat dwar il-liġijiet proposti, biex jiżgura li dawn il-liġijiet iqisu l-perspettiva minn kull reġjun tal-UE.

Ir-rappreżentanza permanenti għall-UE

Il-Portugall jikkomunika wkoll mal-istituzzjonijiet tal-UE premezz tar-rappreżentanza permanenti tiegħu fi Brussell. Bħala l-"ambaxxata għall-UE" tal-Portugall, il-kompitu ewlieni tagħha huwa li tiżgura li l-interessi u l-politiki tal-pajjiż huma segwiti b’mod effettiv kemm jista’ jkun fl-UE.

Baġits u Finanzjament

Kemm iħallas u jirċievi l-Portugall?

L-ammont li jħallas kull pajjiż tal-UE fil-baġit tal-UE hu kkalkulat b’mod ġust, skont il-mezzi. Aktar ma tkun kbira l-ekonomija tal-pajjiż, aktar iħallas – u viċi versa.
L-għan tal-baġit tal-UE mhux li jipprova jqassam mill-ġdid il-ġid, iżda pjuttost jiffoka fuq il-ħtiġijiet tal-Ewropej b’mod ġenerali. 

Ċifri dwar il-baġit, id-dħul u l-infiq tal-UE:

Il-proġetti ffinanzjati mill-UE fil-Portugall

Il-flus imħallsa fil-baġit tal-UE mill-Portugall jgħinu biex jiġu ffinanzjati programmi u proġetti fil-pajjiżi kollha tal-UE - bħall-bini ta’ toroq, is-sussidjar ta’ riċerkaturi u l-ħarsien tal-ambjent.

Skopri aktar dwar kif il-Portugall jibbenefika mill-finanzjament tal-UE.