Mogħdija tan-navigazzjoni

You are in the principal navigation of the site

Il-Polonja

Il-Polonja hi pajjiż fl-Ewropa ċentrali, li tmiss mal-Ġermanja lejn il-Punent, mar-Repubblika Ċeka u s-Slovakkja lejn in-Nofsinhar, mal-Ukraina u l-Belarus lejn il-Lvant u mal-Litwanja u t-territorju mdawwar mir-Russja ta' Kaliningrad lejn it-Tramuntana. Il-Polonja għandha kosta twila mal-Baħar Baltiku, u fil-biċċa l-kbira hi ddominata minn pjanuri baxxi mgerbin fit-tramuntana. Fin-Nofsinhar, il-muntanji Karpazjani jifformaw nixxigħat ta' ilma u fruntiera naturali mas-Slovakkja.

L-aktar setturi importanti tal-ekonomija tal-Polonja fl-2012 kienu l-kummerċ bl-ingrossa u bl-imnut, it-trasport, l-akkomodazzjoni u s-servizzi tal-ikel (26.4 %), l-industrija (24.6 %) u l-amministrazzjoni pubblika, id-difiża, l-edukazzjoni, is-saħħa tal-bniedem u l-attivitajiet ta’ xogħol soċjali (13.4 %).

L-imsieħba ewlenin tal-esportazzjoni tal-Polonja huma l-Ġermanja, ir-Renju Unit u r-Repubblika Ċeka filwaqt li l-imsieħba ewlenin tal-importazzjoni tagħha huma l-Ġermanja, ir-Russja u l-Pajjiżi l-Baxxi.

Belt kapitali: Varsavja

Daqs ġeografiku: 312 679 km2

Popolazzjoni: 38 538 447 (2012)  

Il-popolazzjoni bħala % tal-popolazzjoni totali tal-UE: 7.6 % (2012)

PDG: € 381.48 biljun (2012)

Il-lingwa(i) uffiċjali tal-UE: Il-Pollakk

Is-sistema politika: repubblika parlamentari

Pajjiż membru tal-UE minn: l-1 ta’ Mejju 2004

Siġġijiet fil-Parlament Ewropew: 51

Munita: Il-PLN Zloty Pollakk

L-ivvjaġġar mingħajr passaport? Iva, membru taż-Żona Schengen mill-21 ta' Diċembru 2007.

Il-presidenza tal-Kunsill:  Il-Polonja kellha l-presidenza b'rotazzjoni tal-Kunsill tal-UE darba biss fl-2011.

Aqra aktar

Il-Polonja fl-UE

Il-Parlament Ewropew

Hemm 51 membru fil-Parlament Ewropew mill-Polonja. Skopri min huma dawn il-MPE.

L-Uffiċċju tal-Parlament Ewropew fil-Polonja polski

Il-Kunsill tal-UE

Fil-Kunsill tal-UE, il-ministri nazzjonali jiltaqgħu b'mod regolari biex jadottaw il-liġijiet u jikkoordinaw il-politiki tal-UE. Fil-laqgħat tal-Kunsill ikun hemm regolarment rappreżentanti mill-gvern Pollakk, skont il-qasam ta' politika li jkun qed jiġi indirizzat.

Il-Presidenza tal-Kunsill tal-UE

Il-Kunsill tal-UE ma għandux persuna waħda permanenti bħala President (bħal pereżempju, il-Kummissjoni jew il-Parlament). Minflok, xogħlu jitmexxa mill-pajjiż li jkollu l-Presidenza tal-Kunsill, li tinbidel kull sitt xhur.

Matul dawn is-6 xhur, il-ministri mill-gvern ta’ dak il-pajjiż imexxu u jgħinu jiddeterminaw l-aġenda tal-laqgħat tal-Kunsill f’kull qasam ta’ politika, u jiffaċilitaw id-djalogu ma’ istituzzjonijiet oħra tal-UE.

Dati tal-Presidenzi Pollakki:

Lulju-Diċembru 2011

Aktar dwar il-presidenza attwali tal-Kunsill tal-UE Englishfrançaisitaliano.

Il-Kummissjoni Ewropea

Il-Kummissarju nominat mill-Polonja għall-Kummissjoni Ewropea hi Elżbieta Bieńkowska English, li hi responsabbli għas-Suq Intern, l-Industrija, l-Intraprenditorija u l-SMEs.

Il-Kummissjoni hi rappreżentata f’kull pajjiż tal-UE minn uffiċċju lokali, imsejjaħ “rappreżentanza”.

Ir-Rappreżentanza tal-Kummissjoni fil-Polonja

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Il-Polonja għandha 21 rappreżentant English fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew. Din l-entità konsultattiva – li tirrappreżenta lil dawk li jħaddmu, il-ħaddiema u gruppi oħra ta’ interess – hi kkonsultata dwar il-liġijiet proposti, sabiex tingħata idea aħjar ta’ bidliet possibbli fis-sitwazzjonijiet soċjali u tax-xogħol fil-pajjiżi membri.

Il-Kumitat tar-Reġjuni

Il-Polonja għandha 21 rappreżentant Englishfil- Kumitat tar-Reġjuni, l-assemblea tal-UE tar-rappreżentanti reġjonali u lokali. Din l-entità konsultattiva tiġi kkonsultata dwar il-liġijiet proposti, biex tiżgura li dawn il-liġijiet iqisu l-perspettiva minn kull reġjun tal-UE.

Ir-Rappreżentanza permanenti għall-UE

Il-Polonja tikkomunika wkoll mal-istituzzjonijiet tal-UE permezz tar-rappreżentanza permanenti tagħha fi Brussell. Bħal “Ambaxxata għall-UE” tal-Polonja, il-kompitu ewlieni tagħha hu li tiżgura li l-interessi u l-politiki tal-pajjiż huma segwiti b’mod effettiv kemm jista’ jkun fl-UE.

Baġits u Finanzjament

Kemm tikkontribwixxi u tirċievi flus il-Polonja?

Il-kontribuzzjonijiet finanzjarji tal-Istati Membri għall-baġit tal-UE huma kondiviżi b’mod ġust, skont il-mezzi. Aktar ma tkun kbira l-ekonomija ta' pajjiżek, aktar iħallas – u viċi versa. Il-baġit tal-UE ma jimmirax biex iqassam mill-ġdid il-ġid, imma pjuttost jiffoka fuq il-ħtiġijiet tal-Ewropej kollha b’mod ġenerali.

Analiżi tal-finanzi tal-Polonja mal-UE fl-2012:

  • L-infiq totali tal-UE fil-Polonja – € 15.736 biljun
  • L-infiq totali tal-UE bħala % tad-DNG Polakk – 4.32%
  • Il-kontribuzzjoni totali Pollakka għall-baġit tal-UE – € 3.525 biljun
  • Il-kontribuzzjoni Pollakki għall-baġit tal-UE bħala % tad-DGN tagħha – 0.97%

Aktar ċifri dwar il-baġit, id-dħul u l-infiq tal-UE:

  • Il-baġit tal-UE fil-Polonja Englishpolski
  • Il-flus u l-UE
  • L-infiq tal-UE u d-dħul DeutschEnglishfrançais

Proġetti ffinanzjati mill-UE fil-Polonja

Il-flus imħallsa fil-baġit tal-UE mill-Polonja jgħinu biex jiġu ffinanzjati programmi u proġetti fil-pajjiżi kollha tal-UE – bħall-bini ta’ toroq, is-sussidjar ta’ riċerkaturi u l-ħarsien tal-ambjent.

Skopri aktar dwar kif il-Polonja tibbenefika mill-finanzjamenti tal-UE.

Informazzjoni prattika