Mogħdija tan-navigazzjoni
MaltaIs-sena li fiha ssieħbet fl-UE: 2004
Il-belt kapitali: Valletta
Żona totali: 316 km²
Popolazzjoni: 0.4 miljun
Munita: Membru taż-żona tal-ewro mill-2008 (€)
Żona Schengen: Membru taż-żona Schengen mill-2007
Malta hija magħmula minn grupp ta’ seba' gżejjer fil-Baħar Mediterran. L-akbar tlieta fosthom biss, jiġifieri Malta, Għawdex u Kemmuna, huma abitati. L-art hija baxxa u ġeblija bi rdumijiet kostali.
Malta, bil-pożizzjoni tagħha fil-qalba tal-Mediterran, hija għaġna ta’ ċiviltajiet bi storja twila li teħodna lura eluf ta’ snin. Il-pajjiż ilu abitat minn xi 5200 qK u sa minn qabel ma waslu fiha l-Feniċi li laqqmu l-gżira ewlenija Malat, jiġifieri port kenni, diġà kienet teżisti ċiviltà preistorika sinifikanti f’dawn il-gżejjer. Aktar tard, il-gżejjer servew għal sekli sħaħ bħala l-kwartieri tal-Ordni tal-Kavallieri Ospidallieri ta’ San Ġwann u mbagħad bħala parti mill-Imperu Brittaniku. Il-pajjiż sar indipendenti fl-1964.
Il-gvern Malti jitmexxa mill-kap tal-partit li jġib il-maġġoranza tas-siġġijiet fil-Kamra tar-Rappreżentanti unikamerali.
Il-lingwa nazzjonali hija l-Malti, li tagħmel parti mill-familja Semitika li tinkludi l-Għarbi. L-Ingliż huwa rikonoxxut ukoll bħala lingwa uffiċjali, u ħafna Maltin jitkellmu t-Taljan ukoll.
It-turiżmu huwa importanti għal Malta, imma hemm ukoll settur tas-servizzi li kull ma jmur qed jikber.
L-ikel tradizzjonali Malti jinkludi s-soppa (minestra jew aljotta), l-għaġin u t-torti. Il-platti bil-ħxejjex jew il-laħam mimli huwa tipiċi wkoll għall-kċina Maltija. L-istuffat tal-fenek nistgħu nsejħulu l-platt nazzjonali.