Mogħdija tan-navigazzjoni
Il-LitwanjaIs-sena li fiha ssieħbet fl-UE: 2004
Il-belt kapitali: Vilnjus
Żona totali: 65,000 km²
Popolazzjoni: 3.3 miljun
Munita: litas (Lt)
Żona Schengen: Membru taż-żona Schengen mill-2007
Il-Litwanja li hija l-aktar waħda fost l-istati Baltiċi li tinsab fin-Nofsinhar – u l-akbar u l-aktar popolata fosthom. Il-Litwanja kienet l-ewwel Repubblika Sovjetika biex teħles mill-Unjoni Sovejtika u terġa' tikseb is-sovrenità permezz tad-Dikjarazzjoni ta' Indipendenza fil-11 ta' Marzu 1990.
Apparti mill-għoljiet baxxi fl-artijiet ixxuxxati tal-punent u l-għoljiet tal-Lvant, l-art Litwana hija pjanura. L-ogħla punt huwa Aukštasis li jlaħħaq il-294 metru. Il-Litwanja għandha 758 xmara, aktar minn 2,800 lagi u 99km mill-kosta tal-Baħar Baltiku li fil-biċċa l-kbira tagħhom huma ddedikati għar-rikreazzjoni u l-ħarsien tan-natura. Il-foresti jkopru ftit 'il fuq minn 30% tal-pajjiż biss.
Madwar 84% tal-popolazzjoni huma Litwani etniċi. L-akbar żewġ minoritajiet huma l-Pollakki li jammontaw għal ftit aktar minn 6% tal-popolazzjoni u r-Russu li jammontaw għal ftit aktar minn 5%. Il-lingwa Litwana tappartjeni għall-familja tal-lingwi Indo-Ewropej.
Il-belt kapitali, Vilnjus hija belt pittorestka fuq il-baċini tax-xmajjar Neris u Vilnja. L-arkitettura li nsibu fil-parti l-antika tal-belt hija fost l-aqwa tal-Ewropa tal-Lvant. L-università ta' Vilnjus, li twaqqfet fl-1579, tinsab f’kumpless ta’ stil rinaxximentali b’għadd kbir ta’ btieħi interni, li tifforma bħal belt ġo belt.
Il-president Litwan jittella’ direttament b'elezzjoni għal mandat ta’ ħames snin u jipparteċipa fil-politika barranija u l-politika dwar is-sigurtà. Il-Parlament unikamerali Litwan, is-Seimas, għandu 141 membru.
L-aktar esportazzjoni kulinarja famuża aktarx hija s-soppa kiesħa tal-pitravi. Ingredjent regolari fil-menus huma l-patata. L-aktar platt popolari huma l- pancakes tal-apata u s- Cepelinai – għaġina tal-patata mimlija bil-laħam, il-ġobon jew il-faqqiegħ.





