Mogħdija tan-navigazzjoni
Il-LatvjaIs-sena li fiha ssieħbet fl-UE: 2004
Il-belt kapitali: Riga
Żona totali: 65,000 km²
Popolazzjoni: 2.3 miljun
Munita: lats (Ls)
Żona Schengen: Membru taż-żona Schengen mill-2007
Il-Latvja nqatgħet mill-Unjoni Sovjetika u ħadet l-indipendenza mill-ġdid fl-1991. Il-Latvja, li tinsab fuq il-kosta tal-Baltiku, hija pajjiż tal-pjanuri b’foresti kbar li jfornu l-injam għall-industriji tal-bini u tal-karta. L-ambjent huwa għani f’dik li hija ħajja naturali. Il-Latvja tipproduċi wkoll prodotti tal-konsum, tessuti u għodod mekkanizzati. Dal-pajjiż jiġbed lejh turisti mill-Ewropa kollha.
Mil-lenti etnika, il-popolazzjoni hija 59% Latvjana u 29% Russa, u aktar minn terz tal-popolazzjoni tgħix fil-kaptali Riga. Imwaqqfa fl-1201, Riga hija l-akbar belt fit-tliet stati Baltiċi b’popolazzjoni ta’ 730,000. L-Istatwa tal-Libertà tagħha, li tlaħħaq 43 metru, hija fost l-ogħla monument fl-Ewropa.
Is-Saeima, li huwa l-Parlament unikamerali Latvjan b’100 siġġu, jiġi elett b’vot popolari dirett kull erba’ snin. Il-President jiġi elett mill-Parlament, kull erba’ snin ukoll.
Fost l-aktar Latvjani magħrufa nsibu lill-pittur espressjonista Mark Rothko u l-kompożitur kontemporanju PēterisVasks.
L-ispeċjalitajiet li jikkaratterizzaw il-kċina Latvjana jinkludu l-ispeķa pīrādziņi (torti tal-bejkin) u soppa rinfreskanti kiesħa magħmula mill-krema ffermentata.


