Mogħdija tan-navigazzjoni
L-ItaljaIs-sena li fiha ssieħbet fl-UE: Membru fundatur (1952)
Il-belt kapitali: Ruma
Żona totali: 301,263 km²
Popolazzjoni: 60 miljun
Munita: Membru taż-żona tal-ewro mill-1999 (€)
Żona Schengen: Membru taż-żona Schengen mill-1990
Fil-biċċa l-kbira tagħha, apparti mill-pjanura tal-Po fit-Tramuntana , l-Italja hija pajjiż muntanjuż li jestendi mill-Alpi saċ-ċentru tal-Baħar Mediterran. Fi ħdanha hemm ukoll il-gżejjer ta' Sqallija, Sardinja, Elba u xi 70 gżira oħra iċken minnhom. Imdawrin kollha kemm huma mit-territorju peninżulari Taljan, insibu żewġ stati indipendenti ċkejknin: il-Belt ta’ Vatikan f’Ruma, u r-Repubblika ta’ San Marino.
L-Italja għandha parlamenti b’żewġt ikmamar, li jikkonsistu fis-Senat (Senato della Repubblica) jew kamra superjuri u l-Kamra tad-Deputati (Camera dei Deputati). L-elezzjonijiet isiru darba kull ħames snin.
L-oqsma ekonomiċi ewlenin tal-pajjiż huma t-turiżmu, il-moda, l-inġinerija, il-kimiċi, il-vetturi u l-ikel. Ir-reġjuni tan-naħa ta’ fuq tal-Italja, ras imb’ras, huma fost l-aktar sinjuri fl-Ewropa.
Fiċ-ċentru tal-imperu vast Ruman li ħalla warajh patrimonju arkeoloġiku, kulturali u letterarju ferm qawwi, il-peninżula Taljana rat il-bidu tal-umaniżmu medjevali u r-Rinaxximent. Dan kompla għen biex il-ħsieb politiku, il-filosofija u l-arti Ewropej ħadu surithom permezz ta’ personaġġi bħal Machiavelli, Dante, Leonardo da Vinci u Galileo.
Il-lista ta’ artisti famużi Taljani hija waħda twila li tinkludi lil Giotto, Botticelli, Leonardo, Michelangelo, Tintoretto u Caravaggio. Dan il-pajjiż tana wkoll kompożituri tal-opri bħal Verdi u Puccini u d-direttur tal-films Federico Fellini.
Il-kċina Taljana hija fost l-aktar raffinati u varjati fl-Ewropa, mit-togħmiet pikkanti ta' Napli u l-Kalabrija, sal-platti tal-pesto Ligurjani u dawk abbażi tal-ġobon u r-riżotto tal-Alpi Taljani.



