Mogħdija tan-navigazzjoni
L-UngerijaIs-sena li fiha ssieħbet fl-UE: 2004
Il-belt kapitali: Budapest
Żona totali: 93,000 km²
Popolazzjoni: 10 miljun
Munita: forint (Ft)
Żona Schengen: Membru taż-żona Schengen mill-2007
L-Ungerija hija pajjiż magħluq bl-art b’bosta ġirien – is-Slovakkja, l-Ukrajna, ir-Rumanija, is-Serbja, il-Kroazja, is-Slovenja u l-Awstrija. Il-maġġorparti tal-pajjiż huwa pjanura, b’xi muntanji baxxi fit-tramuntana. Il-Lag Balaton, li huwa ċentru turistiku popolari, huwa l-akbar lag fl-Ewropa ċentrali.
L-antenati tal-Ungeriżi etniċi kienu t-tribujiet Magyar li mxew lejn il-Baċir Karpazju fl-896. L-Ungerija saret renju Nisrani taħt San Stiefnu fis-sena 1,000. Il-lingwa Ungeriża ma tixbaħx lil dawk ta’ madwarha u hija biss relatata mill-bogħod mal-Finlandiż u l-Estonjan.
Il-belt kapitali, Budapest, li oriġinarjament kienet żewġt ibliet separati (Buda u Pest), Buda u Pest. Hija taqsam ix-Xmara Danubju u hija mogħnija bl-istorja u l-kultura u magħrufa ferm għan-nixxiegħat li jfejjqu l-morda. L-Ungerija għandha parlament jew assemblea nazzjonali unikamerali li t-386 membru tagħha jittellgħu mill-votanti kull erba' snin.
L-Ungerija għandha xi riżorsi naturali limitati (il-bauxite, il-faħam u l-gass naturali), kif ukoll ħafna raba’ għammiel. Ħafna fl-Ewropa jixorbu l-inbejjed Ungeriżi. L-esportazzjoni tal-affarijiet manifatturati ewlenija tinkludi l-makkinarju, t-tagħmir tat-trasport, xi oġġetti tal-ikel u l-kimiċi.
L-Ungerija huwa pajjiż mużikali ferm, u li l-melodiji folkloristiċi tradizzjonali tiegħu spiraw lill-kompożituri nazzjonali kbar bħal Liszt, Bartk u Kodly. Fost Ungeriżi famużi oħra nsibu lil Albert Szent-Györgyi li skopra l-eżistenza tal-Vitamina Ċ, il-kittieb u r-Rebbieħ tal-Premju Nobel Imre Kertész u István Szabódirettur ċinematografiku rebbieħ tal-Oscar.















