Mogħdija tan-navigazzjoni

You are in the principal navigation of the site

Il-Greċja

Il-Greċja tinsab f'post strateġiku fil-Grigal tal-Baħar Mediterran, u tifforma l-parti t'isfel nett tal-peninżula Balkanika fix-Xlokk tal-Ewropa. It-territorju tagħha jinkludi mijiet ta' gżejjer fl-ibħra Eġew, Jonju u Mediterran, li fosthom madwar 227 biss jgħixu n-nies fihom. Tmenin fil-mija tal-Greċja huwa muntanjuż u l-Muntanja Olimpus hija l-ogħla punt tal-pajjiż (2 917 m).

L-aktar setturi importanti tal-ekonomija tal-Greċja fl-2012 kienu l-kummerċ bl-ingrossa u bl-imnut, it-trasport, l-akkomodazzjoni u s-servizzi tal-ikel (23.2 %), l-amministrazzjoni pubblika, id-difiża, l-edukazzjoni, is-saħħa tal-bniedem u attivitajjiet ta’ xogħol soċjali (21.2 %) u l-proprjetà immobbli (16.7 %).

L-imsieħba ewlenin tal-esportazzjoni tal-Greċja huma t-Turkija, l-Italja u l-Ġermanja filwaqt li l-imsieħba ewlenin tal-importazzjoni tagħha huma r-Russja, il-Ġermanja u l-Italja.

Belt kapitali: Ateni

Daqs ġeografiku: 131 957 km²

Popolazzjoni: 11 123 034 (2012)

Popolazzjoni bħala % tal-popolazzjoni totali tal-UE: 2.2 % (2012)

PDG: € 193.347 biljun (2012)

Lingwa(i) uffiċjali tal-UE: Il-Grieg

Sistema politika: repubblika parlamentari

Pajjiż membru tal-UE minn: l-1 ta’ Jannar 1981

Siġġijiet fil-Parlament Ewropew: 21

MunitaMembru taż-żona tal-euro English mill-1 ta' Jannar 2001

L-ivvjaġġar mingħajr passaport? Iva, membru taż-Żona Schengen mis-6 ta' Novembru 1992

Il-Presidenza tal-Kunsill: Il-Greċja kellha l-presidenza b'rotazzjoni tal-Kunsill tal-UE ħames darbiet bejn l-1983 u l-2014.

Aqra aktar

Il-Greċja fl-UE

Il-Parlament Ewropew

Hemm 21 membru tal-Parlament Ewropew mill-Greċja. Sib min huma l-MPE Griegi. L-Uffiċċju tal-Parlament Ewropew fil-Greċja ελληνικά 

Il-Kunsill tal-UE

Fil-Kunsill tal-UE, il-ministri nazzjonali jiltaqgħu regolarment biex jadottaw il-liġijiet tal-UE u jikkoordinaw il-politiki. Fil-laqgħat tal-Kunsill ikun hemm regolarment rappreżentanti mill-gvern Grieg, skont il-qasam ta' politika li jkun qed jiġi indirizzat.

Il-Presidenza tal-Kunsill tal-UE

Il-Kunsill tal-UE m’għandux persuna waħda permanenti bħala President (bħal pereżempju, il-Kummissjoni jew il-Parlament). Minflok, ix-xogħol jitmexxa mill-pajjiż li jkollu l-Presidenza tal-Kunsill, li tinbidel kull sitt xhur.

Matul dawn is-6 xhur, il-ministri mill-gvern ta’ dak il-pajjiż jippresiedu u jgħinu jiddeterminaw l-aġenda tal-laqgħat tal-Kunsill f’kull qasam ta’ politika, u jiġi ffaċilitat id-djalogu ma’ istituzzjonijiet oħra tal-UE.

Id-dati tal-presidenzi Griegi:

Lulju-Diċembru 1983 Lulju-Diċembru 1988 Jannar-Ġunju 1994 Jannar-Ġunju 2003 Jannar-Ġunju 2014

Aktar dwar il-presidenza kurrenti tal-Kunsill tal-UE Englishfrançaisitaliano.

Il-Kummissjoni Ewropea

Il-Kummissarju nominat mill-Greċja għall-Kummissjoni Ewropea hu Dimitris Avramopoulos English, li hu responsabbli għall-Migrazzjoni, l-Affarijiet Interni u ċ-Ċittadinanza.

Il-Kummissjoni hija rrappreżentata f’kull pajjiż tal-UE minn uffiċċju lokali, imsejħa “rappreżentanza”.

Ir-Rappreżentanza tal-Kummissjoni fil-Greċja

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Il-Greċja għandha 12-il rappreżentant Englishfil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew. Din l-entità konsultattiva – li tirrappreżenta lil dawk li jħaddmu, il-ħaddiema u gruppi oħra ta’ interess – hija kkonsultata dwar il-liġijiet proposti, għal idea aħjar ta’ bidliet possibbli tas-sitwazzjonijiet soċjali u tax-xogħol fil-pajjiżi membri.

Il-Kumitat tar-Reġjuni

Il-Greċja għandha 12-il rappreżentant Englishfil-Kumitat tar-Reġjuni, l-assemblea tar-rappreżentanti reġjonali u lokali tal-UE. Din l-entità konsultattiva hi kkonsultata dwar il-liġijiet proposti, biex jiġi żgurat li dawn il-liġijiet iqisu l-perspettiva minn kull reġjun tal-UE.

Ir-Rappreżentanza permanenti għall-UE

Il-Greċja tikkomunika wkoll mal-istituzzjonijiet tal-UE premezz tar-rappreżentanza permanenti fi Brussell. Bħall-"ambaxxata tal-UE" tal-Greċja, il-kompitu ewlieni tagħha hu li l-interessi u l-politiki tal-pajjiż huma segwiti bl-aktar mod effettiv possibbli fl-UE.

Baġits u Finanzjament

Kemm tikkontribwixxi u tirċievi flus il-Greċja?

Il-kontribuzzjonijiet finanzjarji tal-Istati Membri għall-baġit tal-UE huma kondiviżi b’mod ġust, skont il-mezzi. Aktar ma tkun kbira l-ekonomija tal-pajjiż tiegħek, aktar tħallas – u viċi versa. Il-baġit tal-UE m'għandux l-għan li jqassam mill-ġdid il-ġid, imma pjuttost jiffoka fuq il-ħtiġijiet tal-Ewropej kollha b’mod ġenerali. 

It-tqassim tal-finanzi tal-Greċja mal-UE fl-2012: 

  • L-infiq totali tal-UE fil-Greċja – € 6.353 miljun
  • L-infiq totali tal-UE bħala % tad-DGN tal-Greċja – 3.26 %
  • Il-kontribuzzjoni totali Griega għall-baġit tal-UE – € 1.681 miljun
  • Il-kontribuzzjoni Griega għall-baġit tal-UE bħala % tad-DGN tagħha – 0.86 %

Aktar ċifri dwar il-baġit, id-dħul u l-infiq tal-UE:

  • Il-baġit tal-UE fil-Greċja ελληνικάEnglish
  • Il-flus u l-UE
  • L-infiq u d-dħul tal-UE DeutschEnglishfrançais

Proġetti ffinanzjati mill-UE fil-Greċja

Il-flus imħallsa fil-baġit tal-UE mill-Greċja jgħinu biex jiġu ffinanzjati programmi u proġetti fil-pajjiżi kollha tal-UE - bħall-bini ta’ toroq, is-sussidjar ta’ riċerkaturi u l-ħarsien tal-ambjent.

Skopri aktar dwar kif il-Greċja tibbenefika mill-finanzjamenti tal-UE.

Tagħrif prattiku