Mur għall-kontenut ewlieni

Ħarsa ġenerali

Belt kapitali: Berlin

Lingwa(i) uffiċjali tal-UE: il-Ġermaniż

Pajjiż membru tal-UE: mill-1 ta’ Jannar 1958

Munita: l-euro. Membru taż-żona tal-euro mill-1 ta’ Jannar 1999

Schengen: membru taż-żona Schengen mis-26 ta’ Marzu 1995.

ĊifriDaqs ġeografiku - popolazzjoni - prodott domestiku gross (PDG) per capita skont l-istandards tal-poter tal-akkwist

Sistema politika

Il-Ġermanja hi repubblika parlamentari federali b’kap tal-gvern - il-kanċillier - u kap tal-istat - il-president - li r-responsabbiltajiet primarji tiegħu huma rappreżentattivi. Il-pajjiż hu magħmul minn 16-il stat, b’kull wieħed minnhom bil-kostituzzjoni tiegħu u huma pjuttost awtonomi fir-rigward tal-organizzazzjoni interna tagħhom. 3 minn dawn huma reġjuni-bliet: Bremen, Berlin u Ħamburg.

Pożizzjoni fuq il-mappa tal-UE

Kummerċ u ekonomija

L-aktar setturi importanti tal-ekonomija tal-Ġermanja fl-2020 kienu l-industrija (23.4%), l-amministrazzjoni pubblika, id-difiża, l-edukazzjoni, is-saħħa tal-bniedem u l-attivitajiet ta’ xogħol soċjali (19.4%), u l-kummerċ bl-ingrossa u bl-imnut, it-trasport, l-akkomodazzjoni u l-attivitajiet tas-servizzi tal-ikel (15.8%).

Il-kummerċ fi ħdan l-UE jammonta għal 53% tal-esportazzjonijiet tal-Ġermanja (Franza 8% u n-Netherlands 7%), filwaqt li barra mill-UE 9% imorru fl-Istati Uniti u 7% fiċ-Ċina.

F’termini ta’ importazzjonijiet, 64% jiġu minn Stati Membri tal-UE (in-Netherlands 14%, Franza, il-Polonja u l-Belġju 6%), filwaqt li barra mill-UE 8% jiġu miċ-Ċina u 5% mill-Istati Uniti.

Il-Ġermanja fl-UE

Il-Parlament Ewropew

Hemm 96 membru fil-Parlament Ewropew mill-Ġermanja. Skopri min huma dawn il-MPE.

L-Uffiċċju tal-Parlament Ewropew fil-Ġermanja

Il-Kunsill tal-UE

Fil-Kunsill tal-UE, il-ministri nazzjonali jiltaqgħu b'mod regolari biex jadottaw il-liġijiet tal-UE u jikkoordinaw il-politiki. Il-laqgħat tal-Kunsill jattendu għalihom regolarment rappreżentanti tal-Gvern Ġermaniż, skont il-qasam tal-politika li jkun qed jiġi indirizzat.

Il-Presidenza tal-Kunsill tal-UE

Il-Kunsill tal-UE ma għandux persuna waħda permanenti bħala president (bħal pereżempju, il-Kummissjoni jew il-Parlament). Minflok, ix-xogħol jitmexxa mill-pajjiż li jkollu l-Presidenza tal-Kunsill, li jinbidel kull sitt xhur.

Matul dawn is-6 xhur, il-ministri mill-gvern ta’ dak il-pajjiż jippresiedu u jgħinu jiddeterminaw l-aġenda tal-laqgħat tal-Kunsill f’kull qasam ta’ politika, u jiffaċilitaw id-djalogu ma’ istituzzjonijiet oħrajn tal-UE.

Dati tal-presidenzi Ġermaniżi:

Lulju-Diċembru 1958 | Lulju-Diċembru 1961 | Lulju-Diċembru 1964 | Lulju-Diċembru 1967 | Lulju-Diċembru 1970 | Jannar-Ġunju 1974 | Lulju-Diċembru 1978 | Jannar-Ġunju 1983 | Jannar-Ġunju 1988 | Lulju-Diċembru 1994 | Jannar-Ġunju 2007 | Lulju-Diċembru 2020

Il-Presidenza tal-Kunsill tal-UE

Il-Presidenza attwali tal-Kunsill tal-UE

Il-Kummissjoni Ewropea

Il-President tal-Kummissjoni Ewropea hi Ursula von der Leyen, mill-Ġermanja.

Il-Kummissjoni hi rrappreżentata f’kull pajjiż tal-UE minn uffiċċju lokali, imsejjaħ “rappreżentanza”.

Ir-rappreżentanza tal-Kummissjoni fil-Ġermanja

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Il-Ġermanja għandha 24 rappreżentant fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew. Dan il-korp konsultattiv – li jirrappreżenta lil dawk li jħaddmu, il-ħaddiema u gruppi oħrajn ta’ interess – hu kkonsultat dwar il-liġijiet proposti, biex ikun hemm idea aħjar tal-bidliet possibbli tas-sitwazzjonijiet soċjali u tax-xogħol fil-pajjiżi membri.

Il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

Il-Ġermanja għandha 23 rappreżentant fil-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni, l-assemblea tal-UE tar-rappreżentanti reġjonali u lokali. Dan il-korp konsultattiv jiġi kkonsultat dwar il-liġijiet proposti, biex jiżgura li dawn il-liġijiet iqisu l-perspettiva minn kull reġjun tal-UE.

Ir-rappreżentanza permanenti għall-UE

Il-Ġermanja tikkomunika wkoll mal-istituzzjonijiet tal-UE permezz tar-rappreżentanza permanenti tagħha fi Brussell. Bħala l-“ambaxxata għall-UE” tal-Ġermanja, il-kompitu ewlieni tagħha hu li tiżgura li l-interessi u l-politiki tal-pajjiż huma segwiti b’mod effettiv kemm jista’ jkun fl-UE.

Baġits u Finanzjament

Kemm tħallas u tirċievi l-Ġermanja?

L-ammont li jħallas kull pajjiż tal-UE fil-baġit tal-UE hu kkalkulat b’mod ġust, skont il-mezzi. Aktar ma tkun kbira l-ekonomija tal-pajjiż, aktar iħallas – u viċi versa.
L-għan tal-baġit tal-UE mhux li jipprova jqassam mill-ġdid il-ġid, iżda pjuttost jiffoka fuq il-ħtiġijiet tal-Ewropej b’mod ġenerali. 

Ċifri dwar il-baġit, id-dħul u l-infiq tal-UE:

Il-proġetti ffinanzjati mill-UE fil-Ġermanja

Il-flus imħallsa fil-baġit tal-UE mill-Ġermanja jgħinu biex jiġu ffinanzjati programmi u proġetti fil-pajjiżi kollha tal-UE – bħall-bini ta’ toroq, is-sussidjar ta’ riċerkaturi u l-ħarsien tal-ambjent.

Skopri aktar dwar kif il-Ġermanja tibbenefika mill-finanzjament tal-UE.