Mogħdija tan-navigazzjoni

You are in the principal navigation of the site

Franza

Franza hi l-akbar pajjiż fl-Ewropa u testendi mill-Baħar tat-Tramuntana sal-Mediterran. Il-pajsaġġi jvarjaw ħafna, b'muntanji fil-lvant u n-naħa t'isfel, inkluża Mont Blanc (4,810 m) fl-Alpi li hija l-ogħla punt fl-Ewropa tal-punent.

L-aktar setturi importanti tal-ekonomija ta’ Franza fl-2012 kienu l-amministrazzjoni pubblika, id-difiża, l-edukazzjoni, is-saħħa tal-bniedem u l-attivitajjiet ta’ xogħol soċjali (22.6%), il-kummerċ bl-ingrossa u bl-imnut, it-trasport, l-akkomodazzjoni u s-servizzi tal-ikel (18.3 %) u l-attivitajiet marbuta ma’ proprjetà immobbli (13.2%).

L-imsieħba ewlenin tal-esportazzjoni u l-importazzjoni ta’ Franza huma l-Ġermanja, il-Belġju u l-Italja.

Kapitali: Pariġi

Daqs ġeografiku: 632 833.6 km2

Popolazzjoni: 65 287 861 (2012)

Popolazzjoni bħala % totali tal-popolazzjoni tal-UE: 12.9% (2012)

PGD: €2.032 triljun (2012)

:Lingwa/i uffiċjali tal-UE il-Franċiż

Sistema polika: repubblika semi-presidenzjali

Saret pajjiż membru tal-UE: fil-25 ta' Marzu 1957

Siġġijiet fil-Parlament Ewropew: 74

MunitaMembru taż-żona tal-euro English mill-1 ta' Jannar 1999

Vjaġġar mingħajr passaport? Iva, membru taż-Żona ta' Schengen mill-14 Ġunju 1985

Rappreżentanti tal-Presidenza tal-Kunsill: Franza kellha l-presidenza b'rotazzjoni tal-Kunsill tal-UE 12-il darba bejn l-1959 u l-2008.

Aqra iktar

Franza fl-UE

Parlament Ewropew

Hemm 74 membru tal-Parlament Ewropew minn Franza. Skopri min huma dawn il-MEPs.

L-Uffiċċju tal-Parlament Ewropew fi Franza français 

Il-Kunsill tal-UE

Fil-Kunsill tal-UE, il-ministri nazzjonali jiltaqgħu regolarment biex jadottaw il-liġijiet tal-UE u jikkoordinaw il-politiki. Il-laqgħat tal-Kunsill jattendu għalihom regolarment rappreżentattivi mill-gvern Franċiż, skont il-qasam ta' politika li jkun qed jiġi indirizzat.

Il-Presidenza tal-Kunsill tal-UE

Il-Kunsill tal-UE m’għandux persuna waħda permanenti bħala President (bħal pereżempju, il-Kummissjoni jew il-Parlament). Minflok, ix-xogħol jitmexxa mill-pajjiż li jkollu l-Presidenza tal-Kunsill, li tinbidel kull sitt xhur.

Matul dawn is-6 xhur, il-ministri mill-gvern ta’ dak il-pajjiż jippresiedu u jgħinu jiddeterminaw l-aġenda tal-laqgħat tal-Kunsill f’kull qasam ta’ politika, u jiġi jiffaċilitaw id-djalogu ma’ istituzzjonijiet oħra tal-UE.

Dati tal-presidenzi Franċiżi:

Jannar-Ġunju 1959 | Jannar-Ġunju 1962 | Jannar-Ġunju 1965 | Jannar-Ġunju 1968 | Jannar-Ġunju 1971 | Lulju-Diċembru 1974 | Jannar-Ġunju 1979 | Jannar-Ġunju 1984 | Lulju-Diċembru 1989 | Jannar-Ġunju 1995 | Lulju-Diċembru 2000 | Jannar-Ġunju 2008

Aktar dwar il-presidenza attwali tal-Kunsill tal-UE Englishfrançaisitaliano.

Il-Kummissjoni Ewropea

Il-Kummissarju nominat minn Franza għall-Kummissjoni Ewropea hu Pierre Moscovici English, li hu responsabbli għall-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji, it-Tassazzjoni u d-Dwana.

Il-Kummissjoni hija rrappreżentata f’kull pajjiż tal-UE minn uffiċċju lokali, imsejjaħ “rappreżentanza”.

Ir-rappreżentanza tal-Kummissjoni fi Franza

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Franza għandha 24 rappreżentant English fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew . Din l-entità konsultattiva - li tirrappreżenta lil dawk li jħaddmu, il-ħaddiema u gruppi oħra ta’ interess - hija kkonsultata dwar il-liġijiet proposti, sabiex ikollna idea aħjar ta’ bidliet possibbli tas-sitwazzjonijiet soċjali u tax-xogħol fil-pajjiżi membri.

Il-Kumitat tar-Reġjuni

Franza għandha 24 rappreżentant English fil-Kumitat tar-Reġjuni, l-assemblea tal-UE tar-rappreżentanti reġjonali u lokali. Din l-entità konsultattiva tiġi kkonsultata dwar il-liġijiet proposti, biex tiżgura li dawn il-liġijiet iqisu l-perspettiva ta' kull reġjun tal-UE.

Ir-rappreżentanza permanenti għall-UE

Franza tikkomunika wkoll mal-istituzzjonijiet tal-UE permezz tar-rappreżentanza permanenti tagħha fi Brussell. Bħala l-“ambaxxata għall-UE” ta' Franza, il-kompitu ewlieni tagħha hu li tiżgura li l-interessi u l-politiki tal-pajjiż huma segwiti b’mod effettiv kemm jista’ jkun fl-UE.

Baġits u Finanzjament

Kemm tikkontribwixxi u tirċievi flus Franza?

Il-kontribuzzjonijiet finanzjarji tal-Istati Membri għall-baġit tal-UE huma kondiviżi b’mod ġust, skont il-mezzi. Aktar ma tkun kbira l-ekonomija tal-pajjiż, aktar iħallas - u viċi versa. Il-baġit tal-UE ma jippruvax iqassam mill-ġdid il-ġid, imma pjuttost jiffoka fuq il-ħtiġijiet tal-Ewropej kollha b’mod ġenerali. 

Tqassim tal-finanzi ta’ Franza mal-UE fl-2012: 

  • L-infiq totali tal-UE fi Franza – €12.89 biljun
  • Infiq totali tal-UE bħala % tad-DGN ta’ Franza - 62%
  • Il-kontribuzzjoni Franċiża totali għall-baġit tal-UE - €19,796.9 biljun
  • Il-kontribuzzjoni Franċiża għall-baġit tal-UE bħala% tad-DGN tagħha - 0.96 % 

Aktar ċifri dwar il-baġit tal-UE, id-dħul u l-infiq:

  • Il-baġit ta' Franza fid-dettall Englishfrançais
  • Il-Flus u l-UE
  • L-infiq u d-dħul tal-UE DeutschEnglishfrançais 

Proġetti ffinanzjati mill-UE fi franza 

Il-flus li tħallas Franza fil-baġit tal-UE jgħinu biex jiffinanzjaw programmi u proġetti fil-pajjiżi kollha tal-UE - bħall-bini ta’ toroq, is-sussidjar ta’ riċerkaturi u l-ħarsien tal-ambjent.

Skopri aktar dwar kif Franza tibbenefika mill-finanzjamenti tal-UE.

Tagħrif prattiku