Mogħdija tan-navigazzjoni

You are in the principal navigation of the site

Il-Finlandja

Il-Finlandja hi wieħed minn ħames pajjiżi Nordiċi u hu l-aktar pajjiż fit-tramuntana tal-UE. Il-Finlandja hi wieħed mill-aktar pajjiżi b’popolazzjoni baxxa fl-UE u huwa mdawwar mill-Isvezja lejn il-Punent, in-Norveġja fit-Tramuntana u r-Russja lejn il-Lvant.

L-aktar setturi importanti tal-ekonomija tal-Finlandja fl-2012 kienu l-amministrazzjoni pubblika, id-difiża, l-edukazzjoni, is-saħħa tal-bniedem u attivitajjiet ta’ xogħol soċjali (21.9 %), l-industrija (19.1 %) u l-kummerċ bl-ingrossa u bl-imnut, it-trasport, l-akkomodazzjoni u s-servizzi tal-ikel (17.5 %). 

L-imsieħba ewlenin tal-esportazzjoni tal-Finlandja huma l-Isvezja, ir-Russja u l-Ġermanja, filwaqt li l-imsieħba ewlenin tal-importazzjoni tagħha huma r-Russja, il-Ġermanja u l-Isvezja.

Belt kapitali: Ħelsinki

Daqs ġeografiku: 338 434.7 km2

Popolazzjoni: 5 401 267 (2012)

Popolazzjoni bħala % tat-total tal-popolazzjoni tal-UE: 1.1 % (2012)

PDG: € 192.35 biljun (2012)

Lingwa(i) tal-UE: Il-Finlandiż, l-Isvediż

Sistema politika: repubblika parlamentari

Pajjiż membru tal-UE minn: l-1 ta’ Jannar 1995.

Siġġijiet fil-Parlament Ewropew: 13

Munita:  Membru taż-żona tal-euro English mill-1 ta' Jannar 1999

L-ivvjaġġar mingħajr passaport? Iva, membru taż-Żona Schengen mid-19 ta' Diċembru 1996

Il-Presidenza tal-Kunsill: Il-Finlandja kellha l-presidenza b'rotazzjoni tal-Kunsill tal-UE darbtejn, fl-1999 u l-2006. Id-darba li jmiss se tkun fl-2020.

Aqra aktar

Il-Finlandja fl-UE

Il-Parlament Ewropew

Hemm 13-il membru fil-Parlament Ewropew mill-Finlandja. Skopri min huma dawn il-MPE.

L-Uffiċċju tal-Parlament Ewropew fil-Finlandja suomisvenska

Il-Kunsill tal-UE

Fil-Kunsill tal-UE, il-ministri nazzjonali jiltaqgħu regolarment biex jadottaw il-liġijiet tal-UE u jikkoordinaw il-politiki. Il-laqgħat tal-Kunsill jattendu għalihom b'mod regolari ir-rappreżenant tal-gvern Finlandiż, skont il-qasam tal-politika li jkun qed jiġi indirizzat.

Il-Presidenza tal-Kunsill tal-UE

Il-Kunsill tal-UE m’għandux persuna waħda permanenti bħala president (bħal pereżempju, il-Kummissjoni jew il-Parlament). Minflok, xogħlu jitmexxa mill-pajjiż li jkollu l-Presidenza tal-Kunsill, li tinbidel kull sitt xhur.

Matul dawn is-6 xhur, il-ministri mill-gvern ta’ dak il-pajjiż imexxu u jgħinu jiddeterminaw l-aġenda tal-laqgħat tal-Kunsill f’kull qasam ta’ politika, u jiffaċilitaw id-djalogu ma’ istituzzjonijiet oħra tal-UE.

Dati tal-presidenzi Finlandiżi:

Lulju-Diċembru 1999 | Lulju-Diċembru 2006 | Jannar-Ġunju 2020

Aktar dwar il-presidenza kurrenti tal-Kunsill tal-UE Englishfrançaisitaliano.

Il-Kummissjoni Ewropea

Il-Kummissarju nominat mill-Finlandja għall-Kummissjoni Ewropea hu Jyrki Katainen English, il-Viċi President għall-Impjiegi, it-Tkabbir Ekonomiku, l-Investiment u l-Kompetittività.

Il-Kummissjoni hi rappreżentata f’kull pajjiż tal-UE minn uffiċċju lokali, imsejjaħ “rappreżentanza”.
Ir-Rappreżentanza tal-Kummissjoni fil-Finlandja

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Il-Finlandja għandha 9 rappreżentanti English fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew. Din l-entità konsultattiva – li tirrappreżenta lil dawk li jħaddmu, il-ħaddiema u gruppi oħra ta’ interess – hi kkonsultata dwar il-liġijiet proposti, sabiex tingħata idea aħjar ta’ bidliet possibbli fis-sitwazzjonijiet soċjali u tax-xogħol fil-pajjiżi membri.

Il-Kumitat tar-Reġjuni

Il-Finlandja għandha 9 rappreżentanti English fil-Kumitat tar-Reġjuni, l-assemblea tar-rappreżentanti reġjonali u lokali tal-UE. Din l-entità konsultattiva tiġi kkonsultata dwar il-liġijiet proposti, biex jiġi żgurat li dawn il-liġijiet iqisu l-perspettiva minn kull reġjun tal-UE.

Ir-rappreżentanza permanenti għall-UE

Il-Finlandja tikkomunika wkoll mal-istituzzjonijiet tal-UE permezz tar-rappreżentanza permanenti tagħha fi Brussell. Bħall-"ambaxxata tal-UE" tal-Finlandja, il-kompitu ewlieni tagħha hu li l-interessi u l-politiki tal-pajjiż huma segwiti bl-aktar mod effettiv possibbli fl-UE.

Baġits u Finanzjament

Kemm tikkontribwixxi u tirċievi flus il-Finlandja?

Il-kontribuzzjonijiet finanzjarji tal-Istati Membri għall-baġit tal-UE huma kondiviżi b’mod ġust, skont il-mezzi. Aktar ma tkun kbira l-ekonomija ta' pajjiżek, aktar iħallas – u viċi versa. Il-baġit tal-UE m'għandux l-għan li jqassam mill-ġdid il-ġid, imma pjuttost jiffoka fuq il-ħtiġijiet tal-Ewropej kollha b’mod ġenerali.

It-tqassim tal-finanzi tal-Finlandja mal-UE fl-2012:

  • L-infiq totali tal-UE fil-Finlandja: € 1,324 biljun
  • L-infiq totali tal-UE bħala % tad-DGN Finlandiż: 0.68 %
  • Il-kontribuzzjoni totali Finlandiża lill-baġit tal-UE € 1,862 biljun
  • Il-kontribuzzjoni Finlandiża għall-baġit tal-UE bħala % tad-DGN tagħha: 0.96 %

Aktar ċifri dwar il-baġit, id-dħul u l-infiq tal-UE:

  • Il-baġit tal-UE fil-Finlandja Englishsuomi
  • Il-flus u l-UE
  • L-infiq u d-dħul tal-UE DeutschEnglishfrançais

Il-proġetti ffinanzjati mill-UE fil-Finlandja

Il-flus imħallsa fil-baġit tal-UE mil-Finlandja jgħinu biex jiġu ffinanzjati programmi u proġetti fil-pajjiżi kollha tal-UE - bħall-bini ta’ toroq, is-sussidjar ta’ riċerkaturi u l-ħarsien tal-ambjent.

Skopri aktar dwar kif il-Finlandja tibbenefika mill-finanzjamenti tal-UE.

Tagħrif prattiku