Id-DanimarkaId-Danimarka

Is-sena li fiha ssieħbet fl-UE: 1973

Il-belt kapitali: Kopenħagen

Żona totali: 43,094 km²

Popolazzjoni: 5.5 miljun

Munita: Il-Krone Daniż (kr.)

Żona Schengen: Membru taż-żona Schengen mill-1996

Id-Danimarka

Id-Danimarka tikkonsisti fil-peninżula tal-Jutland (Jylland) u xi 400 gżira li lkoll għandhom isem. Fost dawn, 82 huma abitati, l-akbar fosthom ikunu Funen (Fyn) u Zealand (Sjælland).

Id-Danimarka għandha industrija qawwija tas-sajd, u tippossjedi flotta merkantili mdaqqsa. L-industriji tal-manifattura ewlenin huma l-prodotti tal-ikel, il-kimiċi, il-makkinarju, il-prodotti tal-metall, l-apparat elettroniku u tat-trasport, il-birra, u l-prodotti tal-karta u l-injam. It-turiżmu wkoll għandu post importanti fl-attività ekonomika.

Bejn is-sekli 8 u 11, id-Daniżi kienu magħrufa bħala Vikingi. Flimkien man-Norveġiżi u l-Iżvediżi, huma kkolonizzaw, attakkaw u pprattikaw il-kummerċ f'kull parti tal-Ewropa. Id-Daniżi tal-lum jiftaħru bis-sistema tas-sigurtà soċjali ta’ pajjiżhom u l-mod kif din tipproteġi lil kulħadd b’manjiera estensiva.

Id-Danimarka hija monarkija kostituzzjonali, li llum titmexxa skont il-kostituzzjoni tal-1953. Il-parlament unikamerali jew Folketing għandu 179 membru elett.

Fost l-aktar Daniżi famużi nsibu lil Hans Christian Andersen, magħruf għall-ħrejjef tiegħu, l-awtriċi Karen Blixen u d-disinjatur Arne Jacobsen. Iċ-ċinema Daniża kisbet rikonoxximent internazzjonali l-aktar grazzi għad-direttur tal-films esperimentali Lars von Trier.

L-ispeċjalitajiet tal-kċina Daniża jinkludu smørrebrød (sandwiches miftuħin) smørrebrød, il-patata mgħollija jew imxawta biz-zokkor, il-kaboċċi ħomor mgħollijin, il-majjal mixwi u l-papra mixwija.

Links utli

Id-Danimarka

Għina nitjiebu

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

IvaLE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?