Ir-Repubblika ĊekaIr-Repubblika Ċeka

Is-sena li fiha ssieħbet fl-UE: 2004

Il-belt kapitali: Praga

Żona totali: 78,866 km²

Popolazzjoni: 10.5 miljun

Munita: Il-Koruna Ċeka (Kč)

Żona Schengen: Membru taż-żona Schengen mill-2007

Ir-Repubblika Ċeka

Ir-Repubblika Ċeka saret stat indipendenti f’Jannar 1993 wara li ċ-Ċekoslovakkja nqasmet fiż-żewġ partijiet li kienu jiffurmawha. Qabel it-Tieni Gwerra Dinjija, iċ-Ċekoslovakkja kienet wieħed mill-10 stati l-aktar industrijalizzati fid-dinja, u l-uniku pajjiż fl-Ewropa ċentrali li baqa’ jħaddan id-demokrazija sa l-1938.

Il-kapitali Ċeka, Praga, tgħodd ’il fuq minn 1,000 sena u hija mogħnija b'arkitettura storika fuq stili differenti. Minħabba f’hekk, din il-belt saret post favorit fejn jiġbdu l-films bosta diretturi internazzjonali.

Il-manifattura baqgħet l-akbar attività ekonomika, b’mod partikolari fejn tidħol il-produzzjoni tal-karozzi, l-għodod mekkaniċi, u l-prodotti tal-inġinerija. L-industriji tal-ħadid u l-azzar huma importanti fil-Moravja li tinsab fil-Lvant tal-pajjiż. L-uċuħ tar-raba’ ewlenin huma l-qamħirrum, il-pitravi ħelwa, il-patata, il-qamħ, ix-xgħir, u s-segala.

Xi 95% tal-pajjiż huwa miksi bl-għoljiet u l-muntanji - postijiet ideali għall-iskijjar, iċ-ċikliżmu fuq il-muntanji u l-mixjiet fuq l-għoljiet. Fl-imsaġar abbundanti jgħammru l-ħnieżer slavaġ u l-volpijiet.

Ir-Repubblika Ċeka tipproduċi birra famuża madwar id-dinja, inkluż il-Pilsner. L-inbid huwa prodott fir-reġjuni tan-Nofsinhar tal-Moravja u parti tal-Boħemja. Ammont rekord ta' 900 nixxiegħa naturali assiguraw li l-pajjiż jipproduċi ħafna ilma minerali. In-naħat t’isfel tal-Moravja u xi partijiet tal-Boħemja huma magħrufin għall-inbid. Il-platti tradizzjonali jinkludu l-“knedlíky” tip ta' għaġna tal-patata jew il-ħobż.

Ċeki famużi jinkludu l-artist tal- Art Nouveau Alfons Mucha, il-kompożituri Antonin Dvořák u Bedřich Smetana, l-atleta tal-maratoni Emil Zátopek u l-kittieba Franz Kafka u Milan Kundera.

Links utli

Ir-Repubblika Ċeka

Għina nitjiebu

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

IvaLE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?