ĊipruĊipru

Is-sena li fiha ssieħbet fl-UE: 2004

Il-belt kapitali: Nikosija

Żona totali: 9,250 km²

Popolazzjoni: 0.8 miljun

Munita: Membru taż-żona tal-ewro mill-2008 (€)

Żona Schengen: Mhux membru tax-Schengen

Ċipru

Ċipru hija l-akbar gżira fil-lvant tal-Mediterran, u tinsab ’l isfel mit-Turkija. Iż-żewġ meded ta’ muntanji ewlenin huma l-Pentadactylos fin-naħa ta’ fuq u t-Troodos fin-nofs u fil-lbiċ tal-gżira.

Bejniethom hemm il-pjanura għammiela ta’ Messaoria.

Ċipru ilu punt ta' qsim bejn l-Ewropa, l-Asja u l-Afrika u għad għandu bosta traċċi ta' ċivilizzazzjonijiet suċċessivi - teatri u vilel Rumani, knejjes u monasteri Biżantini, kastelli tal-kruċjati, moskei Ottomani u abitati preistoriċi.

L-attivitajiet ewlenin tal-gżira huma t-turiżmu, l-esportazzjoni tat-tessuti u l-artiġjanat u t-tbaħħir merkantili. L-artiġjanat tradizzjonali jinkludi r-rakkmu, il-fuħħar u x-xogħol fir-ramm.

Platti lokali tradizzjonali jinkludu l-meze - għażla ta' appetizers li jiġu servuti bħala l-platt ewlieni, ġobon halloumi/hellim u x-schnapps zivania.

Ir-Repubblika ta' Ċipru kisbet l-indipendenza tagħha mill-Gran Brittanja fl-1960. Tliet snin wara, faqqgħet vjolenza inter-komunali bejn iċ-Ċiprijotti Torok u dawk Griegi. Mill-1974, il-gżira hija fil-fatt maqsuma wara kolp ta' stat appoġġat mill-junta militari fil-Greċja kontra l-President Ċiprijott Makarios u l-intervent sussegwenti tal-armata Torka. Minkejja bosta sforzi biex il-pajjiż jerġa' jingħaqad, dan għadu maqsum sal-ġurnata tal-lum.

Ċipru huwa magħruf sew bħala l-gżira ta’ Afrodita, l-alla tal-imħabba u l-ġmiel, li skont il-leġġenda, twieldet hawnhekk.

Fil-letteratura moderna, jispikkaw ismijiet bħal Costas Montis (poeta u kittieb) u Demetris Th. Gotsis (kittieb), filwaqt li Evagoras Karageorgis u Marios Tokas huma magħrufa sew għall-kompożizzjonijiet mużikali tagħhom.

Links utli

Ċipru

Għina nitjiebu

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

IvaLE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?