Il-KroazjaIl-Kroazja

Is-sena tad-dħul fl-UE: 2013

Belt kapitali: Żagreb

Erja totali: 56 594 km²

Popolazzjoni: 4 398 150

Munita: il-kuna

Żona Schengen: Il-Kroazja hija mistennija tingħaqad maż-żona Schengen sal-2015

Il-Kroazja

Introduzzjoni dwar il-Kroazja

Il-Kroazja għandha l-fruntieri mal-Bożnja u Ħerzegovina, l-Ungerija, il-Montenegro, is-Serbja u s-Slovenja. Ilha pajjiż indipendenti mill-1991. Għal iktar minn 70 sena qabel dan, kienet parti minn dik li kienet il-Jugoslavja.

Storja

Id-dukat tal-Kroazja deher l-ewwel darba fis-seklu 8, u sar renju 200 sena wara. Ġie influwenzat ħafna mill-ġirien fl-Awstrija u l-Ungerija fid-deċennji ta’ wara, filwaqt li fis-sekli 15 sa 17 kien kemm bosta kunflitti mal-Imperu Ottoman.

Bandiera

It-tliet kuluri tal-bandiera tal-Kroazja jirrappreżentaw tliet stati kostitwenti tal-Kroazja: ir-Renju tal-Kroazja (ħamra u bajda), ir-Renju tas-Slavonja (bajda u blu) u r-Renju tad-Dalmazja (ħamra u blu).

Demokrazija parlamentari

Il-Kroazja hija demokrazija parlamentari. Is-setgħa hija maqsuma bejn: il-parlament elett (leġiżlattiva), il-gvern u l-president elett (eżekuttiva) u l-qrati awtonomi (ġudizzjarja).

Ġeografija

Parti kbira mill-Kroazja hija art ta’ altitudni baxxa. Il-muntanji u b’mod partikolari x-xtajtiet tagħha jattiraw ħafna turisti. Il-Kroazja għandha wkoll 246 ġżira u ġżejra, li minnhom 48 biss huma abitati b’mod permanenti.

Il-Kroazja u l-UE

Il-Kroazja saret it-28 pajjiż tal-UE fl-1 ta’ Lulju 2013, wara li applikat fl-2003 u bdiet in-negozjati fl-2005. Il-mira issa hija iktar integrazzjoni – il-Kroazja hija mistennija tissieħeb maż-żona Schengen sal-2015, u se tbiddel ukoll il-kuna għall-ewro malli l-ekonomija tagħha tilħaq il-kriterji – tal-inflazzjoni, tal-finanzi pubbliċi, tal-istabilità tar-rata tal-kambju u tar-rati tal-interessi.

Bħal pajjiżi oħra tal-UE, il-Kroazja għandha timplimenta l-liġijiet miftiehma fil-livell tal-UE, bħal-liġijiet dwar is-sikurezza tal-ikel, ir-rikonoxximent ta’ kwalifiki professjonali f’pajjiżi oħra jew il-limiti għall-ħlas meta jintużaw il-mowbajls għal sejħiet minn barra l-pajjiż.

Għal xi liġijiet, ġew miftiehma perjodi ta’ tranżizzjoni għall-Kroazja. Pereżempju, il-Kroazja se żżomm rati tas-sisa aktar baxxi għas-sigaretti sal-aħħar tal-2017, u s-sajjieda jistgħu jkomplu jużaw xbieki illegali fil-bqija tal-UE sa Ġunju 2014.

Links utli

Il-Kroazja

Għina nitjiebu

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

IvaLE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?