Il-BulgarijaIl-Bulgarija

Is-sena li fiha ssieħbet fl-UE: 2007

Il-belt kapitali: Sofija

Żona totali: 111 910 km²

Popolazzjoni: 7.6 miljun

Munita: Il-lev (лв)

Żona Schengen: Mhux membru tax-Schengen

Il-Bulgarija

Il-Bulgarija, li tinsab fil-qalba tal-Balkani, toffri pajsaġġi varjati ferm: in-naħa ta’ fuq hija ddominata mill-pjanuri vasti tad-Danubju u n-naħa t’isfel minn għoljiet u pjanuri elevati. Fil-lvant, il-kosta tal-Baħar l-Iswed tiġbed lejha t-turisti s-sena kollha.

Imwaqqfa fis-sena 681, il-Bulgarija hija wieħed mill-eqdem stati fl-Ewropa. L-istorja tagħha hija kkaratterizzata mill-pożizzjoni tagħha qrib il-fruntiera tal-Ewropa mal-Ażja. Xi 85% tal-popolazzjoni huma Nsara Ortodossi u xi 13% Musulmani. Madwar 10% tal-popolazzjoni huma ta' oriġini Torka, filwaqt li hemm xi 3% Roma. Għaldaqstant, il-platti tradizzjonali ta’ dan il-pajjiż huma taħlita ta' influwenzi mil-Lvant u l-Punent. Żgur li l-aktar oġġett tal-ikel famuż mill-Bulgarija huwa l-jogurt, bil-fama li għandu li jtawwal ħajjet il-Bulgari li jikkonsmawh regolarment.

L-Assemblea Nazzjonali Bulgara (parlament unikamerali) jikkonsisti f’240 membru li jiġu eletti għal perjodu ta’ erba’ snin).

L-esportazzjoni ewlenija tal-Bulgarija tikkonsisti fi prodotti industrijali ħfief, ikel u nbejjed, li qegħdin jikkompetu b’suċċess fis-swieq Ewropej.

Is-segwaċi tal-mużika folkloristika għandhom ikunu familjari ma' għadd ta' mużiċisti Bulgari. Diska folkloristika Bulgara kienet inkluża fuq il- Voyager Golden Record li ntbagħat fl-ispazju min-NASA. Xi Bulgari famużi jinkludu l-filosfa Julia Kristeva, Elias Canetti, ir-rebbieħ tal-Premju Nobel għal-Letteratura fl-1981, Christo Javachev (“Christo”), li joħloq bosta biċċiet tal-iskultura esterna verament mhux tas-soltu.

Links utli

Il-Bulgarija

Għina nitjiebu

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

IvaLE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?