Kwalunkwe pajjiż li jissodisfa l-kundizzjonijiet għas-sħubija ![]()
![]()
jista' japplika. Dawn il-kundizzjonijiet huma magħrufa bħala l-"kriterji ta' Kopenħagen" u jinkludu ekonomija ta' suq ħieles, demokrazija stabbli u stat tad-dritt, u l-aċċettazzjoni tal-leġiżlazzjoni kollha tal-UE, inkluża l-ewro.
Pajjiż li jixtieq jissieħeb mal-UE jissottometti applikazzjoni lill-Kunsill, li jistaqsi lill-Kummissjoni biex tevalwa l-kapaċità tal-applikant biex jilħaq il-kriterji ta' Kopenħagen. Jekk il-Kummissjoni toħroġ opinjoni pożittiva, il-Kunsill imbagħad irid jaqbel fuq mandat ta' negozjar. In-negozjati ![]()
![]()
mbagħad jinfetħu formalment fuq bażi ta' suġġett suġġett.
Minħabba l-volum kbir tar-regoli u r-regolamenti tal-UE li kull pajjiż kandidat għandu jadotta bħala liġi nazzjonali, in-negozjati jieħdu ħafna żmien. Il-kandidati huma appoġġati finanzjarjament ![]()
![]()
, amministrattivament u teknikament ![]()
![]()
matul dan il-perjodu ta' qabel l-adeżjoni ![]()
![]()
.



