Mogħdija tan-navigazzjoni

  • Kif taħdem l-UE
    • Informazzjoni bażika
    • Istituzzjonijiet, korpi u aġenziji
    • Xogħol għal u mal-UE

Unjoni li qed tikber

L-UE espandiet regolarment mill-bidu tal-integrazzjonijiet Ewropea fl-1951 sal-lum. Din il-paġna tipprovdi tagħrif dwar min ingħaqad f'liema dati u liema pajjiżi applikaw għas-sħubija mal-UE.

L-UE ma kinitx kbira daqs illum. Meta l-pajjiżi Ewropej bdew jikkooperaw b'mod ekonomiku fl-1951, kienu qed jipparteċipaw biss il-Belġju, il-Ġermanja, Franza, l-Italja, il-Lussemburgu u l-Pajjiżi l-Baxxi.

Maż-żmien, iktar u iktar pajjiżi ddeċidew li jingħaqdu. L-unjoni laħqet id-daqs kurrenti ta' 27 pajjiż membru bl-adeżjoni tar-Rumanija u l-Bulgarija fl-1 ta' Jannar 2007.

L-UE se tkompli tikber b'għadd dejjem jiżdied ta' pajjiżi li qed jesprimu interess fis-sħubija. Dawn il-pajjiżi jistgħu jinqasmu f'pajjiżi kandidati u pajjiżi kandidati potenzjali. Dawn tal-ewwel jinsabu fil-proċess li "jittrasponu" (jew jintegraw) il-leġiżlazzjoni tal-UE fil-liġi nazzjonali tagħhom, filwaqt li l-pajjiżi kandidati potenzjali għadhom ma jissodisfawx ir-rekwiżi għas-sħubija mal-UE.

 Downloads

Għina nitjiebu

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

IvaLE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?