Mogħdija tan-navigazzjoni

  • Kif taħdem l-UE
    • Informazzjoni bażika
    • Istituzzjonijiet, korpi u aġenziji
    • Xogħol għal u mal-UE

It-TurkijaIt-Turkija

Il-belt kapitali: Ankara

Żona totali: 780,580 km²

Popolazzjoni: 71.5 miljun

Munita: Il-lira Torka (TRY)

Żona Schengen: Mhux membru tax-Schengen

It-Turkija

Bil-pożizzjoni tagħha f’salib it-toroq bejn l-Ewropa u l-Ażja, it-Turkija hija mogħnija b’diversità kulturali u etnika qawwija. L-istorja tagħha testendi miċ-ċiviltajiet tal-qedem, bħall-Ittiti, sal-perjodi Griegi u Rumani (meta San Pawl introduċa l-Kristjaneżmu hemmhekk), Biżanzju u l-Imperu Ottoman. Ir-Repubblika moderna tat-Turkija twaqqfet fl-1923 bħala Stat sekulari skont il-mudell oċċidentali. Kważi 99% tal-popolazzjoni hija Musulmana. Fix-xlokk tal-pajjiż insibu popolazzjoni mdaqqsa ta' Kurdi.

Fit-330 wK, Kostantinopli (Istanbul tal-lum) li tinsab fuq il-Bosfru bejn il-Baħar l-Iswed u l-Mediterran, saret il-kapitali tal-Imperu Biżantin, jiġifieri l-parti tal-lvant tal-Imperu Ruman.

Il-ġawhar arkitettoniċi tat-Turkija jinkludu l-moskej ta' Selimiye u Suleymaniye u l-knisja ta’ fama mondjali ta’ Santa Sofija li l-Ottomani kienu kkonvertew f'moskea u li llum saret mużew. Il-wirt arkeoloġiku vast tal-pajjiż huwa attrazzjoni turistika ewlenija. Fl-aqwa tiegħu, l-Imperu Ottoman iddomina l-Mediterran tal-lvant u n-nofsinhar kif ukoll il-Lvant Nofsani.

Il-kċina Torka hija bbażata fuq il-laħam tal-ħaruf, filwaqt li l-jogurt tal-ħalib tal-mogħoż huwa popolari wkoll, speċjalment meta jitħallat mal-ħjar, it-tewm jew in-nagħniegħ. Hemm tradizzjoni antika marbuta mal-kafe' u l-każini tal-kafe' huma postijiet favoriti fejn wieħed jiltaqa’ man-nies.

Torok famużi jinkludu l-fundatur tat-Turkija moderna, Mustafa Kemal Atatürk u l-kittieb rebbieħ tal-Premju Nobel Orhan Pamuk.

Links utli

  • Id-Delegazzjoni tal-UE fit-Turkija en
  • L-Assemblea l-Kbira Nazzjonali tat-Turkija en
  • Informazzjoni għat-turisti en
It-Turkija

Għina nitjiebu

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

IvaLE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?