Mogħdija tan-navigazzjoni
Il-MontenegroIl-belt kapitali: Podgorica
L-erja totali: 14,026 km²
Il-popolazzjoni: 0.6 miljun
Il-munita: ewro (€)
Żona Schengen: Mhux membru tax-Schengen

Il-Montenegro huwa wieħed mill-aktar pajjiżi ġodda, maħluq fl-2006.
Evidenza tal-wirt għani tal-pajjiż għadha tidher illum - mill-bosta bliet preservati tajjeb sal-monumenti reliġjużi u l-ikel nazzjonali.
Għalkemm ma tantx għadu magħruf bħala destinazzjoni turistika, il-Montenegro malajr qed jikseb popolarità u reċentament ġie elenkat f'ħafna listi serji ta' 'postijiet li għandek iżżur.
L-isem 'Montenegro', li jfisser 'muntanja sewda', x'aktarx għandu l-oriġini tiegħu fil-medju evu meta l-Muntanja Lovćen kienet miksija b'foresti suwed. U avolja dawn il-foresti m'għadhomx daqstant densi, għal pajjiż daqshekk żgħir, il-Montenegro fih ammont sorprendenti ta' attrazzjonijiet naturali. Filwaqt li madwar nofs il-pajjiż għadu mgħotti bil-foresti, it-turisti u n-nies tal-post jieħdu gost ukoll bil-kosta adrijatika, l-artijiet fil-baxx u l-muntanji għoljin. Il-kanjon tax-xmara Tara huwa wkoll l-itwal u l-aktar fond fl-Ewropa, u t-tieni l-itwal fid-dinja!
It-turiżmu huwa importanti għall-ekonomija Montenegra, iżda huwa s-settur tas-servizzi inġenerali li għandu l-akbar parti tal-PGD. Il-bqija jiġi l-aktar mill-industrija (produzzjoni tal-aluminju u l-azzar) u l-agrikoltura.