Mogħdija tan-navigazzjoni
L-IslandaIl-belt kapitali: Rejkjavik
Żona totali: 103,000 km²
Popolazzjoni: 0.3 miljun
Munita: Il-Króna Iżlandiża (kr)
Żona Schengen: Membru taż-żona Schengen mill-1996

L-Islanda hija magħrufa għall-ġmiel naturali u l-veduti naturali. Bil-Vulkani u l-glaċiera n-natura tal-Islanda hija inkredibbli u unika. Is-sorsi tal-ilma ġeotermali naturali huma popolari bħala pixxini u spas fuq barra, u huma attrazzjoni turistika ewlenija.
Is-sajd, ir-rafts fix-xmajjar u l-offroading ukoll jattiraw ħafna turisti. L-ewwel nies waslu fl-Islanda fis-seklu 8.
Kienu minn Norveġja jew nies Ċeltiċi mill-ġżejjer Brittaniċi. Kotru bħala komunità indipendenti għal bosta sekli u rrakkuntaw l-avventuri tagħhom fil-kotba tal-istorja li sejħu 'sagas'. Jista' jagħti l-każ li l-Islanda tista' tiftaħar li għandha l-eqdem demokrazija tad-dinja peress li l-parlament tagħha twaqqaf fis-sena 930.
Magħruf bħal l-Althingi, it-63 membru tal-parlament jiġu eletti kull erba' snin. L-ekonomija hija bbażata fuq is-sajd, industrija li taf tisfrutta l-enerġija rinnovabbli min-nixxiegħat sħan u servizzi moderni tal-IT.
Ħafna mill-arti viżiva tal-Islanda ġiet influwenzata mill-ġmiel naturali tal-pajjiż. Il-mużika folkloristika għadha popolari, flimkien mal-pop. Il-famużi jinkludu lil Björk, The Sugarcubes u Sigur Rós.