Mogħdija tan-navigazzjoni

  • Kif taħdem l-UE
    • Informazzjoni bażika
    • Istituzzjonijiet, korpi u aġenziji
    • Xogħol għal u mal-UE

Dik li kienetir-Repubblika Jugoslavatal-MaċedonjaDik li kienetir-Repubblika Jugoslavatal-Maċedonja

Il-belt kapitali: Skopje

Żona totali: 25,433 km²

Popolazzjoni: 2.05 miljun

Munita: denar (ден)

Żona Schengen: Mhux membru tax-Schengen

Dik li kienetir-Repubblika Jugoslavatal-Maċedonja

L-Eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja ħadet l-indipendenza fl-1991, hekk kif sfaxxat il-Jugoslavja. Huwa pajjiż fiċ-ċentru tal-Balkani imdawwar bl-art bil-muntanji li jħares fuq wied u baċini fondi. Il-Lag Ohrid li jaqsam mal-Albanija huwa wieħed mill-eqdem lagi tad-dinja.

Il-Maċedoni etniċi jammontaw għal żewġ terzi tal-popolazzjoni iżda hemm ammont ta'minorità etnika Albaniża u minoritajiet iżgħar ta' Torok u Roma.

Il-parlament unikamerali jew Sobranie fih 120 membru li jittellgħu b’elezzjoni għal mandati ta’ erba’ snin. Il-President, li jittella’ b'vot popolari għal mandat ta’ ħames snin, għandu setgħat limitati.

Il-pajjiż għandu riżorsi minerali bħall-ħadid, ir-ramm, iċ-ċomb u ż-żingu. It-tessuti jirrapreżentaw l-aktar settur importanti għall-kummerċ. Dan jammonta għal aktar min-nofs tal-esportazzjonijiet totali. Esportazzjonijiet oħra importanti jinkludu l-ħadid, l-azzar, l-inbid u l-ħaxix.

It-tisjir lokali jinkudi speċjalitajiet bħall-majjal bil-kaboċċi mħawwar bil-ħlewwa, l-istuffat tal-ħamiem u l-verżjoni lokali tal-insalata xopska (ibbażata fuq it-tadam, il-ħjar u l-ġobon mill-ħalib tan-nagħaġ) li hija popolari madwar il-Balkani kollha.

Links utli

  • Id-Delegazzjoni tal-UE fl-eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja en
  • Il-Gvern tal-Maċedonja en
  • Informazzjoni għat-turisti en
Dik li kienetir-Repubblika Jugoslavatal-Maċedonja

Għina nitjiebu

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

IvaLE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?