Bandiera Ewropea
It-12-il kewkba f’ċirku jissimbolizzaw l-ideali tal-għaqda, is-solidarjetà u l-armonija fost il-popli tal-Ewropa.
Innu Ewropew
Il-melodija użata biex tissimbolizza l-UE tiġi mid-Disa’ Sinfonija maħluqa fl-1823 minn Ludwig Van Beethoven.
Jum l-Ewropa
L-ideat li nisslu l-Unjoni Ewropea tressqu għall-ewwel darba fid-9 ta’ Mejju 1950 mill-Ministru tal-Affarijiet Barranin Franċiż Robert Schuman. Għalhekk id-9 ta’ Mejju hu ċċelebrat bħala data ewlenija għall-UE.
Motto tal-UE
"Magħquda fid-diversità" hu l-motto tal-Unjoni Ewropea.
Jissimbolizza kif l-Ewropej ingħaqdu flimkien, fil-forma tal-UE, biex jaħdmu għall-paċi u l-prosperità, filwaqt li fl-istess ħin jibbenefikaw mill-ħafna kulturi, tradizzjonijiet u lingwi differenti tal-kontinent.
