Mogħdija tan-navigazzjoni

Il-bandiera Ewropea

Il-bandiera Ewropea tissimbolizza kemm l-Unjoni Ewropea kif ukoll, b’mod aktar ġenerali, l-identità u l-unità tal-Ewropa.

Fiha ċirku ta’ 12-il stilla tad-deheb fuq sfond blu. Dawn jissimbolizzaw l-ideali tal-għaqda, is-solidarjetà u l-armonija fost il-popli tal-Ewropa.

L-għadd ta’ kwiekeb m’għandu x’jaqsam xejn mal-għadd ta’ stati membri, għalkemm iċ-ċirku hu simbolu tal-għaqda.

Storja tal-bandiera Ewropea

L-istorja tal-bandiera tmur lura għall-1955. Il-Kunsill tal-Ewropa DeutschEnglishfrançaisitaliano - li jiddefendi d-drittijiet tal-bniedem u jippromwovi l-kultura Ewropea – għażel id-disinn attwali biex jużah hu stess. Fis-snin li segwew, huwa ħeġġeġ lill-istituzzjonijiet Ewropej li kienu qed jiżviluppaw biex jadottaw l-istess bandiera.

Fl-1983, il-Parlament Ewropew iddeċieda li l-bandiera tal-Komunitajiet għandha tkun dik użata mill-Kunsill tal-Ewropa. Fl-1985, ġiet adottata mill-mexxejja kollha tal-UE bħala l-emblema uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, li aktar tard saru l-Unjoni Ewropea. Barra minn hekk, l-istituzzjonijiet Ewropej kollha issa għandhom l-emblemi tagħhom.

Muniti kommemorattivi tal-euro: il-bandiera tal-UE tagħlaq 30 sena

Biex jitfakkar it-30 anniversarju tal-bandiera, il-pajjiżi taż-żona tal-euro se joħorġu munita kommemorattiva speċjali. Id-disinn se jintgħażel miċ-ċittadini u mir-residenti taż-żona tal-euro. Għandek sas-27 ta' Mejju 2015 biex tivvota għad-disinn favorit tiegħek b'ċans li tirbaħ xi premju sabiħ!

Użu tal-emblema tal-UE — organizzazzjonijiet u nies barra l-istituzzjonijiet tal-UE

Iddawnlowdja l-bandiera Ewropea

Għina nitjiebu

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

IvaLE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?