L-istituzzjonijiet tal-UE jiftħu l-bibien tagħhom
Biex jiċċelebraw Jum l-Ewropa, l-istituzzjonijiet tal-UE se jiftħu l-bibien tagħhom għall-pubbliku fil-bidu ta’ Mejju fi Brussell u Strasburgu. L-uffiċċji lokali tal-UE fl-Ewropa u madwar id-dinja kollha jorganizzaw varjetà ta’ attivitajiet u avvenimenti għall-etajiet kollha.
Kull sena eluf ta’ nies jieħdu sehem fiż-żjarat, id-dibattiti, il-kunċerti u avvenimenti oħra biex ifakkru l-jum u jsiru jafu aktar dwar l-UE.
X’qed jiġri din is-sena?
Bibien Miftuħa Brussell: 4 ta' Mejju 2013, 10:00 - 18:00
-
-
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kunsill Ewropew jiftħu l-bibien tagħhom għall-pubbliku. Ejja u ara fejn il-Kapijiet tal-Istat u l-Gvernijiet tas-27 pajjiż tal-UE jieħdu d-deċiżjonijiet.
-
-
-
-
-
-
Fejn jistgħu jsibu l-għajnuna ċ-ċittadini u l-organizzazzjonijiet jekk ikollhom problemi mal-amministrazzjoni tal-UE? Żur l-istand tal-Ombudsman Ewropew (fil-Parlament) biex tiskopri!
-
Iltaqa’ mal-awdituri tal-UE. Sir af kif dawn iħarsu l-interessi finanzjarji taċ-ċittadini tal-UE u jgħinu lill-UE taħdem aħjar. Żur l-istand tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri fl-ispjanata ta’ quddiem il-Parlament Ewropew.
Niżżel il-programm sħiħ ta' Brussell
Bibien Miftuħa Strasburgu: 19 ta’ Mejju 2013, 10:00-18:00
-
-
Fejn jistgħu jsibu l-għajnuna ċ-ċittadini u l-organizzazzjonijiet jekk ikollhom problemi mal-amministrazzjoni tal-UE? Żur l-istand tal-Ombudsman Ewropew (fil-Parlament) biex tiskopri!
-
Iltaqa’ mal-awdituri tal-UE. Sir af kif dawn iħarsu l-interessi finanzjarji taċ-ċittadini tal-UE u jgħinu lill-UE taħdem aħjar. Żur l-istand tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri fil-bini Winston Churchill.
Niżżel il-programm sħiħ ta' Strasburgu
Sib l-attivitajiet ta' Jum l-Ewropa madwar l-Ewropa
Attivitajiet ta' Jum l-Ewropa fi:
- Agħżel pajjiż
- Franza
- Il-Finlandja
- Il-Litwanja
- Il-Lussemburgu
- Il-Portugall
- Is-Slovakkja
- Is-Slovenja
- L-Awstrija
- L-Estonja
- L-Irlanda
- L-Italja
- L-Iżvezja
- L-Ungerija
- Malta
- Spanja - Barċellona
- Spanja - Madrid
Attivitajiet ta' Jum l-Ewropa madwar id-dinja
F’koperazzjoni mal-ambaxxati tal-Istati Membri, id-delegazzjonijiet tal-UE se jorganizzaw għadd ta’ attivitajiet fil-pajjiżi ospitanti tagħhom bit-tema L-Ewropa fid-Dinja. Se jsiru konferenzi, kompetizzjonijiet, festivals tal-films u attivitajiet oħrajn li permezz tagħhom il-pubbliku se jiġi mgħarraf dwar x’għandha x’toffri l-UE.
Għaliex Jum l-Ewropa?
Jum l-Ewropa (id-9 ta’ Mejju) jiċċelebra l-paċi u l-għaqda fl-Ewropa. Id-data timmarka l-anniversarju tad-“dikjarazzjoni ta’ Schuman”. F’diskors f’Pariġi fl-1950, il-Ministru tal-Affarijiet Barranin Franċiż, Robert Schuman, stabbilixxa l-ħsieb tiegħu għal forma ġdida ta’ kooperazzjoni politika għall-Ewropa, li tagħmel il-gwerra bejn in-nazzjonijiet Ewropej xi ħaġa li lanqas biss tinħaseb.
Il-viżjoni tiegħu kienet li tinħoloq istituzzjoni Ewropea li tgħaqqad u timmaniġġja l-produzzjoni tal-faħam u l-azzar. Trattat li joħloq korp bħal dan ġie ffirmat ftit inqas minn sena wara. Il-proposta ta' Schuman hi meqjusa bħala l-bidu ta’ dik li llum hi l-Unjoni Ewropea.
Filmat tal-jum bil-bibien miftuħa 2012:
Powsters ta' Jum l-Ewropa, 1996-2013
Ta' kull sena, il-powster li jirnexxilu jesprimi bl-aħjar mod l-idea tal-UE jiġi magħżul biex jirrappreżenta Jum l-Ewropa. Qalleb fil-powsters hawn taħt biex tara r-rebbieħa tal-imgħoddi.


















