L-innu jissimbolizza mhux biss l-Unjoni Ewropea iżda wkoll l-Ewropa f’sens usa'. Il-poeżija "Għanja lill-Ferħ" tesprimi l-viżjoni idealistika ta’ Schiller tar-razza umana li ssir bħal aħwa – viżjoni li kien jaqsam miegħu Beethoven.
Fl-1972, il-Kunsill tal-Ewropa adotta t-tema "Għanja lill-Ferħ" ta’ Beethoven bħala l-innu tiegħu. Fl-1985, ġie adottat mill-mexxejja tal-UE bħala l-innu uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Mingħajr kliem, fil-lingwa universali tal-mużika, dan l-innu jesprimi l-ideali Ewropej ta’ libertà, paċi u solidarjetà.
L-innu Ewropew mhuwiex maħsub li jieħu post l-innijiet nazzjonali tal-pajjiżi tal-UE iżda li jiċċelebra l-valuri li huma jaqsmu.
Isma' l-Innu Ewropew
L-innu jindaqq mill-Orkestra Strumentali taż-Żgħażagħ tal-Unjoni Ewropea mmexxija minn André Reichling. Ġie rrekordjat fl-1994 fit-Teatro da Trindade, Lisbona. Arranġament mużikali minn Herbert von Karajan.*
*Id-drittijiet tal-produttur u s-sid tax-xogħol riprodott huma riżervati.





