Mogħdija tan-navigazzjoni

Minn fejn jiġu l-flus tal-UE?

L-UE għandha sorsi differenti ta' dħul. Ma tiddipendix biss mill-kontribuzzjonijiet tal-pajjiżi membri iżda għandha r-riżorsi proprji fil-forma ta' dazji fuq l-importazzjonijiet fuq prodotti minn barra l-UE, u perċentwal tat-taxxa fuq il-valur miżjud imposta minn kull pajjiż.

L-UE għandha sorsi differenti ta' dħul biex tiffinanzja l-amministrazzjoni u l-attivitajiet tagħha u li jippermettulha tikseb l-għanijiet tagħha li tnaqqas id-differenzi ekonomiċi bejn ir-reġjuni u ż-żoni rurali li qed jiżviluppaw. Il-pajjiżi membri jiġbru l-flus f'isem l-UE.

It-tliet sorsi ewlenin ta' dħul huma:

  • 0.73% tad-dħul gross nazzjonali ta' kull pajjiż membru, li jirrappreżenta żewġ terzi tal-baġit tal-UE. Il-prinċipju bażiku tal-kalkolu tal-kontribuzzjoni ta' kull pajjiż tal-UE hu bbażat fuq is-solidarjetà u l-kapaċità li jħallas. Madankollu, isiru aġġustamenti jekk dan joħloq piż eċċessiv fuq pajjiżi partikolari.
  • L-hekk imsejħa riżorsi proprji tradizzjonali, jiġifieri d-dazji fuq l-importazzjonijiet fuq prodotti minn barra l-UE
  • Perċentwal tad-dħul mit-taxxa armonizzata fuq il-valur miżjud (VAT) ta' kull pajjiż tal-UE

L-UE tirċievi wkoll taxxi mħallsa mill-uffiċjali tal-UE fuq is-salarji tagħhom, kontribuzzjonijiet minn pajjiżi mhux fl-UE għal ċerti programmi u multi minn kumpaniji li jiksru r-regoli u r-regolamenti tal-UE.

Il-baġit Ewropew fl-2011

Il-kontribut tal-istati membri għall-baġit tal-UE jirrappreżenta biss parti żgħira tan-nefqa globali tagħhom.

Il-baġit tal-UE meta mqabbel ma’ dak tal-istati membri

Il-baġit tal-UE jista’ jkun żgħir meta mqabbel mal-prodott domestiku gross tal-Unjoni, iżda huwa imprezzabbli għall-investiment.


 Downloads

  • Daqqa t'għajn lejn il-baġit Deutsch (de) English (en) français (fr)  
  • Il-baġit tal-UE għall-2013 Deutsch (de) English (en) français (fr)  
  • L-infiq tal-UE – fatti u ħrejjef Deutsch (de) English (en) français (fr)  

Għina nitjiebu

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

IvaLE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?