L-abbozzar tal-baġit
Il-baġit jiġi deċiż b'mod konġunt mill-Kummissjoni, il-Kunsill u l-Parlament ![]()
![]()
. Il-Kummissjoni tissottometti abbozz ta' pjan ta' nfiq lill-Kunsill u l-Parlament biex jikkunsidrawh. Jistgħu jagħmlu tibdil, u jekk ma jaqblux, jistgħu jippruvaw jilħqu kompromess.
Il-baġit ta' kull sena jaqa' fi ħdan pjan ta' nfiq fuq terminu twil magħruf bħala l-‘qafas finanzjarju’. Dan huwa qafas fuq seba' snin. Bħalissa hemm il-qafas għall-2007 sal-2013. Dan jippermetti lill-UE tippjana l-programmi tal-infiq b'mod effettiv għal diversi snin bil-quddiem.
Aqra aktar dwar il-proċedura baġitarja tal-UE
Il-ġestjoni tal-fondi tal-UE
Il-Kummissjoni bħalissa hi responsabbli biex talloka l-baġit. Madankollu, il-pajjiżi tal-UE jiġġestixxu 76% tal-fondi tal-UE. F'każijiet ta' frodi jew ta' pagamenti mhux imħallsa, il-Kummissjoni taħdem mal-uffiċċju Ewropew ta' kontra l-frodi u l-pajjiżi tal-UE biex tirkupra l-flus. Biex tiġi żgurata t-trasparenza, hi disponibbli informazzjoni dwar il-benefiċjarji tal-fondi tal-UE għall-pubbliku.
Fuq xiex jintefqu l-flus
Hemm bejn wieħed u ieħor sitt oqsma ta' nfiq fil-baġit tal-UE ![]()
![]()
.

Bħalissa l-ikbar parti tmur għall-ħolqien tal-impjiegi u t-tkabbir ekonomiku u biex jonqsu d-distakki ekonomiċi bejn ir-reġjuni. Parti kbira oħra tmur għall-agrikoltura, l-iżvilupp rurali, is-sajd u l-ħarsien tal-ambjent. Oqsma oħra ta' nfiq jinkludu l-ġlieda kontra t-terroriżmu, il-kriminalità organizzata u l-immigrazzjoni illegali.



