Mogħdija tan-navigazzjoni

Is-Snin Ewropej

Is-Sena Ewropea taċ-Ċittadini fl-2013 se tiffoka fuq il-jeddijiet u l-vantaġġi prattiċi li n-nies igawdu bħala ċittadini tal-UE. Fost ħafna eżempji nsibu l-ivjaġġar aktar faċli, l-abbiltà li ngħixu, naħdmu jew jistudjaw barra minn pajjiżna, l-aċċess għas-sistemi tas-servizzi tas-saħħa f’pajjiżi oħrajn, u l-protezzjoni tal-konsumatur.


Is-sena se toffri lin-nies l-opportunità li jieħdu sehem f'attivitajiet u seminars dwar kif jistgħu jgawdu bis-sħih dawn il-jeddijiet, permezz ta' ħarsa lejn ix-xkiel li jeżisti u lejn x'soluzzjonijiet jistgħu jinstabu. Madwar il-kontinent se jsiru wkoll diskussjonijiet dwar il-politiki tal-UE b'mod ġenerali u dwar il-ġejjieni tal-Unjoni.


Aktar dwar is-Sena Ewropea taċ-Ċittadini 2013

Sena Ewropea – kull sena mill-1983 'l hawn

L-ewwel Sena Ewropea, fl-1983, kienet iddedikata għan-negozji ż-żgħar ("l-SMEs") u għall-industrija tas-snajja’. Minn dakinhar 'l hawn, kull sena l-UE għażlet suġġett speċifiku biex tħeġġeġ għal dibattitu u djalogu fil-pajjiżi Ewropej u bejniethom.

Għaliex jiġu ċċelebrati s-Snin Ewropej?

L-għan hu li n-nies isiru jafu aktar dwar ċerti temi, li jiġi inkuraġġit id-dibattitu u li jinbidlu l-attitudnijiet. Matul bosta mis-Snin Ewropej, jiġi pprovdut finanzjament aktar mis-soltu għal proġetti lokali, nazzjonali u transfruntieri li jindirizzaw it-tema speċifika tas-Sena.

Is-Sena Ewropea tista’ wkoll tibgħat messaġġ ta' impenn qawwi u tagħti sinjal politiku min-naħa tal-Istituzzjonijiet tal-UE u tal-gvernijiet tal-Istati Membri li jkunu se jagħtu kas ta' dik it-tema waqt it-tfassil tal-politiki fil-futur. F’xi każijiet, il-Kummissjoni Ewropea tista’ tipproponi leġiżlazzjoni ġdida b'rabta mat-tema.

Kif tintgħażel it-tema tas-Sena Ewropea?

Tiġi proposta mill-Kummissjoni u mbagħad tiġi adottata mill-Parlament Ewropew u mill-gvernijiet tal-Istati Membri tal-UE.

It-temi jintgħażlu diversi snin bil-quddiem. Dejjem ikunu ta' interess ġenerali u ta' importanza kbira kemm għall-istituzzjonijiet tal-UE kif ukoll għall-pajjiżi membri. Il-gvernijiet tal-Istati Membri, is-soċjetà ċivili, in-negozji, jew kwalunkwe partijiet interessati oħrajn jistgħu jissuġġerixxu temi lill-Kummissjoni.

Lista tas-Snin Ewropej

Għina nitjiebu

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

IvaLE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Ma sibtx li ridt? Ipprova l-Indiċi A saż-ŻABĊDEFĠGHĦIIEJKLMNOPQRSTUVWXŻZ