Mogħdija tan-navigazzjoni

Il-Premju Nobel għall-Paċi 2012 mogħti lill-Unjoni Ewropea

Fl-2012 l-UE rċeviet il-Premju Nobel għall-Paċi għall-ħidma tagħha favur il-paċi, ir-rikonċiljazzjoni, id-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem fl-Ewropa.

Il-Kumitat Norveġiż tal-Premju Nobel qal li d-deċiżjoni tiegħu kienet ibbażata fuq ir-rwol ta' stabbiltà li l-UE kellha biex tibdel il-biċċa l-kbira tal-Ewropa minn kontinent ta' gwerer għal kontinent ta' paċi.

L-aktar suċċess importanti tal-UE, skont il-kumitat, kien "il-ġlieda b'suċċess favur il-paċi u r-rikonċiljazzjoni u favur id-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem".

Il-ħidma tal-UE tirrappreżenta l-"fraternità bejn in-nazzjonijiet" u tikkostitwixxi l-"kungress għall-paċi", skont dak li kiteb Alfred Nobel fit-testment tiegħu tal-1895, li huma fost il-kriterji għall-għoti tal-Premju għall-Paċi .

L-Unjoni Ewropea hi l-21 organizzazzjoni internazzjonali li rebħet il-premju mill-1901 'l hawn.

  • Id-dikjarazzjoni sħiħ mill-Kumitat tal-Premju Nobel English
  • Dikjarazzjoni Konġunta bejn il-Kummissjoni u l-Kunsill dwar il-Premju Nobel għall-Paċi English
  • Id-dikjarazzjoni mill-President tal-Parlament Ewropew

Filmati

  • Vidjow tal-konferenza stampa komuni tal-Premju Nobel għall-Paċi 2012 (Estratti)


Iċ-ċeremonja tal-għoti tal-premju

Il-premju ngħata f'Oslo fl-10 ta' Diċembru. Bħar-rebbieħa kollha, l-UE rċeviet il-premju mill-president tal-Kumitat Norveġiż tal-Premju Nobel. L-UE kienet rappreżentata mill-President tal-Kunsill Ewropew, il-President tal-Kummissjoni Ewropea u l-President tal-Parlament Ewropew. Id-diskors tradizzjonali tal-Premju Nobel, f'isem l-UE, sar mill-Presidenti Van Rompuy u Barroso. Erba' żgħażagħ Ewropej, rebbieħa tal-kompetizzjoni onlajn organizzata mill-UE (ara hawn taħt) issieħbu mad-Delegazzjoni tal-UE f'Oslo biex jingħataw il-premju.

Il-flus tal-premju

L-UE ddeċediet li tagħti l-flus tal-Premju Nobel għall-Paċi (€930,000) lit-tfal li huma mċaħdin mill-opportunità li jikbru fil-paċi. L-Unjoni Ewropea rdoppjat il-flus tal-premju għas-somma ta' €2 miljun li ngħatat lil erba' proġetti li jipprovdu edukazzjoni lil tfal affettwati bil-konflitti.

  • Aktar informazzjoni dwar il-proġetti li qed jiġu ffinanzjati mill-flus tal-Premju Nobel għall-Paċi Englishfrançais

Il-kompetizzjoni

Biex tiġi ċċelebrata l-premjazzjoni, l-istituzzjonijiet tal-UE u l-Forum Ewropew għaż-Żgħażagħ organizzaw kompetizzjoni li fiha ż-żgħażagħ intalbu jispjegaw xi tfisser għalihom il-paċi fl-Ewropa.

It-tfal bl-età bejn 8 u 12-il sena ntalbu jibagħtu tweġibithom bħala tpinġija; dawk bl-età minn 13 sa 24 sena ħtiġilhom jibagħtu test qasir. Intbagħtu madwar 5,400 tweġiba. Ir-rebbieħa ntgħażlu minn ġurija, ippreseduta mill-awtur tal-kotba tal-komiks Jean Van Hamme, u mill-vot tal-pubbliku fuq il-Facebook.

Ir-rebbieħa

L-erba' rebbieħa għamlu parti mid-delegazzjoni uffiċjali tal-Unjoni Ewropea f'Oslo biex jirċievu l-Premju għall-Paċi 2012. Huma attendew iċ-ċerimonja uffiċjali fl-10 ta' Diċembru u l-kunċert tal-Premju Nobel għall-Paċi fil-11 ta' Diċembru.

"Il-premju Nobel għall-Paċi 2012 mhux biss jagħti għarfien lis-suċċessi tal-imgħoddi tal-UE: iżda jħares ukoll lejn il-ġejjieni", qalu l-mexxejja tal-istituzzjonijiet tal-UE. "Dan hu għaliex nixtiequ magħna f'Oslo liż-żgħażagħ Ewropej, li qed jirtu kontinent ta' paċi u li se jkollhom fuq spallejhom ir-responsabbiltà tal-Ewropa tal-ġejjieni".

Aktar dwar il-kompetizzjoni

Aqra l-istħarriġ sħiħ Englishfrançais

Filmati

L-aħjar partijiet tal-Premju Nobel għall-Paċi® 2012

  • L-aħjar partijiet tal-Premju Nobel għall-Paċi® 2012

  • Għax jimpurtana -- naġixxu

  • Tant simili, tant different, tant Ewropej (Teżori moħbija tal-Ewropa)

  • Mill-waqgħa tal-ħajt ta' Berlin sat-tkabbir tal-UE10

 Ara wkoll

Għina nitjiebu

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

IvaLE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Ma sibtx li ridt? Ipprova l-Indiċi A saż-ŻABĊDEFĠGHĦIIEJKLMNOPQRSTUVWXŻZ