Trattat hu ftehim vinkolanti bejn il-pajjiżi membri tal-UE. Jistabbilixxi l-għanijiet tal-UE, ir-regoli għall-istituzzjonijiet tal-UE, kif jittieħdu d-deċiżjonijiet u r-relazzjoni bejn l-UE u l-pajjiżi membri tagħha.
It-Trattati huma emendati biex l-UE ssir iktar effiċjenti u trasparenti, biex tħejji għall-pajjiżi membri l-ġodda u biex iddaħħal oqsma ġodda ta' kooperazzjoni – bħall-munita unika.
Skont it-trattati, l-istituzzjonijiet tal-UE jistgħu jadottaw il-leġiżlazzjoni, li l-pajjiżi membri mbagħad jimplimentaw. It-testi sħaħ tat-trattati, il-leġiżlazzjoni, il-każistika u l-proposti leġiżlattivi huma disponibbli fuq il-bażi tad-dejta tal-liġi tal-UE EUR-Lex.
It-trattati ewlenin huma:
It-Trattat ta' Lisbona
Iffirmat: 13 ta' Diċembru 2007
Daħal fis-seħħ: 1 ta' Diċembru 2009
Għan: biex l-UE ssir iktar demokratika, iktar effiċjenti u iktar kapaċi tindirizza l-problemi globali, bħat-tibdil fil-klima, b'vuċi waħda.
Tibdiliet ewlenin: iktar poter għall-Parlament Ewropew, bidla fil-proċeduri tal-votazzjoni fil-Kunsill, l-inizjattiva taċ-ċittadini, president permanenti tal-Kunsill Ewropew, Rappreżentant Għoli ġdid għall-Affarijiet Barranin, servizz diplomatiku ġdid tal-UE.
It-Trattat ta' Lisbona jikkjarifika liema poteri:
- jappartjenu għall-UE
- jappartjenu għall-pajjiżi membri tal-UE
- huma maqsuma.
Aqra aktar dwar it-Trattat ta' Lisbona
It-Trattat li jistabbilixxi kostituzzjoni għall-Ewropa ![]()
![]()
![]()
![]()
![]()
![]()
![]()
![]()
![]()
![]()
(2004) - b'għanijiet simili bħat-Trattat ta' Lisbona – kien iffirmat iżda qatt ma ġie ratifikat.
It-Trattat ta' Nizza
Iffirmat: 26 ta' Frar 2001
Daħal fis-seħħ: 1 ta' Frar 2003
Għan: biex jirriforma l-istituzzjonijiet biex l-UE tkun tista' tiffunzjona b'mod effiċjenti wara li tilħaq 25 pajjiż membru.
Tibdiliet ewlenin: metodi biex tinbidel il-kompożizzjoni tal-Kummissjoni u tibdil fis-sistema ta' votazzjoni fil-Kunsill.
It-test sħiħ tat-Trattat ta' Nizza
It-Trattat ta' Amsterdam
Iffirmat: 2 ta' Ottubru 1997
Daħal fis-seħħ: 1 ta' Mejju 1999
Għan: biex jirriforma l-istituzzjonijiet tal-UE fit-tħejjija għall-wasla tal-pajjiżi membri futuri.
Tibdiliet ewlenin: emenda, rinumerazzjoni u konsolidazzjoni tat-trattati tal-UE u tal-KEE. Teħid ta' deċiżjonijiet iktar trasparenti (użu usa' tal-proċedura ta' kodeċiżjoni ![]()
![]()
![]()
![]()
![]()
![]()
![]()
![]()
![]()
![]()
).
It-test sħiħ tat-Trattat ta' Amsterdam ![]()
![]()
![]()
![]()
![]()
![]()
![]()
![]()
![]()
![]()
It-Trattat tal-Unjoni Ewropea - it-Trattat ta' Maastricht
Iffirmat: 7 ta' Frar 1992
Daħal fis-seħħ: 1 ta' Novembru 1993
Għan: biex iħejji għall-Unjoni Monetarja Ewropea u jdaħħal elementi ta' unjoni politika (ċittadinanza, politika barranija komuni u affarijiet interni).
Tibdiliet ewlenin: l-istabbiliment tal-Unjoni Ewropea u l-introduzzjoni tal-proċedura ta' kodeċiżjoni, biex b'hekk il-Parlament ikollu influwenza ikbar fit-teħid tad-deċiżjonijiet. Forom ġodda ta' kooperazzjoni bejn il-gvernijiet tal-UE – pereżempju dwar id-difiża u l-ġustizzja u l-affarijiet interni.
It-test sħiħ tat-Trattat ta' Maastricht
L-Att Uniku Ewropew
Iffirmat: 17 ta' Frar 1986 (il-Lussemburgu) / 28 ta' Frar 1986 (l-Aja)
Daħal fis-seħħ: 1 ta' Lulju 1987
Għan: biex jirriforma l-istituzzjonijiet fit-tħejjija għall-adeżjoni tal-Portugall u Spanja u biex jitħaffef it-teħid tad-deċiżjonijiet fit-tħejjija għas-suq uniku.
Tibdiliet ewlenin: l-estensjoni tal-votazzjoni b'maġġoranza kwalifikata fil-Kunsill (biex isir iktar diffiċli għal pajjiż wieħed li juża l-veto għal leġiżlazzjoni proposta), il-ħolqien tal-proċeduri ta' kooperazzjoni u ta' kunsens għal influwenza akbar tal-Parlament.
It-test sħiħ tal-Att Uniku Ewropew
It-Trattat li jgħaqqad - it-Trattat ta' Brussell
Iffirmat: 8 ta' April 1965
Daħal fis-seħħ: 1 ta' Lulju 1967
Għan: biex jissimplifika l-istituzzjonijiet Ewropej.
Tibdiliet ewlenin: il-ħolqien ta' Kummissjoni waħda u Kunsill wieħed biex iservu t-tliet Komunitajiet ewlenin (KEE, Euroatom, KEFA). Tħassar bit-Trattat ta’ Amsterdam.
It-test sħiħ tat-Trattat li Jgħaqqad
It-Trattati ta' Ruma - It-Trattati tal-KEE u EURATOM
Iffirmati: 25 ta' Marzu 1957
Daħlu fis-seħħ: 1 ta' Jannar 1958
Għan: biex jistabbilixxu l-Komunità Ekonomika Ewropea (KEE) u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (Euratom).
Tibdiliet ewlenin: l-estensjoni tal-integrazzjoni Ewropea biex tinkludi l-kooperazzjoni ekonomika ġenerali.
It-test sħiħ tat-Trattati ta' Ruma
It-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar
Iffirmat: 18 ta' April 1951
Daħal fis-seħħ: 23 ta' Lulju 1952
Skada: 23 ta' Lulju 2002
Għan: biex joħloq interdipendenza fl-oqsma tal-faħam u l-azzar biex pajjiż wieħed ma jkunx jista' jimmobilizza l-forzi armati tiegħu bla ma jkunu jafu l-oħrajn. B'hekk naqsu t-tensjonijiet u n-nuqqas ta' fiduċja wara t-Tieni Gwerra Dinjija. It-Trattat tal-KEFA skada fl-2002.
Test sħiħ tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar
Meta pajjiżi ġodda ngħaqdu mal-UE, it-trattati fundaturi ġew emendati:
- 1973 (id-Danimarka, l-Irlanda, ir-Renju Unit)
- 1981 (il-Greċja)
- 1986 (Spanja, il-Portugall)
- 1995 (l-Awstrija, il-Finlandja, l-Isvezja)
- 2004 (Ċipru, l-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja, Malta, il-Polonja, ir-Repubblika Ċeka, is-Slovakkja, is-Slovenja).
- 2007 (il-Bulgarija, ir-Rumanija)

