Abbozzar tal-liġi tal-UE
Qabel ma tipproponi inizjattivi ġodda l-Kummissjoni tivvaluta l-konsegwenzi potenzjali ekonomiċi, soċjali u ambjentali li dawn jistgħu jkollhom. Hi tagħmel dan billi tipprepara "Valutazzjoni tal-impatt"
li jiddefinixxu l-vantaġġi u l-iżvantaġġi ta' għażliet ta' politika possibbli.
Il-Kummissjoni tikkonsulta partijiet interessati bħall-organizzazzjonijiet mhux governattivi, l-awtoritajiet lokali u r-rappreżentanti tal-industrija u s-soċjetà ċivili. Grupp ta' esperti jagħtu parir dwar kwistjonijiet tekniċi. B'dan il-mod, il-Kummissjoni tiżgura li l-proposti leġiżlattivi jikkorrispondu mal-ħtiġijiet ta' dawk l-aktar ikkonċernati u tiġi evitata burokrazija żejda.
Iċ-ċittadini, in-negozji u l-organizzazzjonijiet jistgħu jipparteċipaw fil-proċedura ta' konsultazzjoni permezz tal-websajt Konsultazzjonijiet pubbliċi.
Il-parlamenti nazzjonali jistgħu formalment jesprimu r-riżervi tagħhom jekk iħossu li jkun aħjar li jieħdu ħsieb il-kwistjoni fil-livell nazzjonali milli fil-livell tal-UE.
Reviżjoni u adozzjoni
Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirrivedu l-proposti mill-Kummissjoni u jipproponu l-emendi. Jekk il-Kunsill u l-Parlament ma jaqblux dwar l-emendi, isir it-tieni qari.
Fit-tieni qari, il-Parlament u l-Kunsill jistgħu mill-ġdid jipproponu emendi. Il-Parlament għandu s-setgħa li jimblokka l-leġiżlazzjoni proposta jekk ma jaqbilx mal-Kunsill.
Jekk iż-żewġ istituzzjonijiet jaqblu dwar l-emendi, il-leġiżlazzjoni proposta tista' tiġi adottata. Jekk ma jaqblux bejniethom, kumitat ta' konċiljazzjoni ![]()
jipprova jsib soluzzjoni. Kemm il-Kunsill kif ukoll il-Parlament jistgħu jimblokkaw il-proposta leġiżlattiva waqt dan il-qari finali.
Seduti tal-Parlament Ewropew u xi seduti tal-Kunsill jistgħu jiġu segwiti b'mod dirett onlajn.
Kif tiġi adottata l-leġiżlazzjoni?
-
Proċedura leġiżlattiva ordinarja (li qabel kienet 'Kodeċiżjoni')
Spjegazzjoni pass pass tal-proċedura leġiżlattiva ordinarja – fejn il-Parlament Ewropew jgħaddi l-liġijiet flimkien mal-Kunsill tal-UE – u lista ta' liġijiet preċedenti li saru b'dan il-metodu -
Regoli ta' Proċedura Uffiċjali tal-Kunsill Ewropew

Kif jaħdem il-Kunsill Ewropew -
Kooperazzjoni ġudizzjarja f'każijiet ċivili
Kooperazzjoni bejn il-qrati nazzjonali f 'każijiet ċivili


