You are here:

l-Istitut tal-Unjoni Ewropea għall-Istudji fuq is-Sigurtà

EUISS hu l-grupp ta' riflessjoni dwar il-politika barranija tal-UE.

Ġie mwaqqaf fl-2002 taħt il-politika estera u ta' sigurtà komuni (PESK) tal-Unjoni biex jippromwovi kultura ta' sigurtà komuni għall-UE, jgħin fl-iżvilupp tal-PESK, u jsaħħaħ id-dibattitu strateġiku.

EUISS:

  • huwa kompletament awtonomu
  • jirriċerka kwistjonijiet ta' sikurezza rilevanti għall-UE u jipprovdi forum għad-dibattitu
  • jipproduċi analiżi u tbassir għall-Kumitat Politiku u tas-Sigurtà (PSC) u għar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika tas-Sigurtà/ il-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea (HR/VP)
  • ġie mwaqqaf mill-Azzjoni konġunta tal-Kunsill 2001/554pdf (emendata mill-Azzjoni konġunta tal-Kunsill 2006/1002pdf).

Finanzjament u sorveljanza

L-Istitut huwa ffinanzjat mill-pajjiżi tal-UE, skont il-formula tan-nefqa maqsuma bbażata fuq il-PNG, u gvernat

  • bil-Kumitat Politiku u tas-Sigurtà (PSC) – li jeżerċita sorveljanza politika
  • il-Bord – jistipula r-regoli baġitarji u amministrattivi u japprova l-programm ta' ħidma tal-Istitut (presedut minn HR/VP).

Pubblikazzjonijiet

L-Istitut jippubblika bosta tipi ta' pubblikazzjonijiet għall-komunità strateġika internazzjonali. Abbona mal-avviżi bl-email Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel   Deutsch (de) English (en) français (fr) ta' EUISS biex tiġi infurmat dwar pubblikazzjonijiet ġodda.

Avvenimenti

L-avvenimenti tal-EUISS isiru biex itejbu l-kapaċità analitika tal-UE u jippromwovu netwerk ta' kompetenza f'appoġġ għall-politika barranija u ta' sigurtà tal-UE. Ilaqqgħu lil dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet ma' uffiċjali tal-UE, akkademiċi, esperti nazzjonali, u rapreżentanti tal-NGOs minn madwar id-dinja.

Stampa

Riċerkaturi tal-EUISS jipprovdu kummentarju espert b'mod regolari għall-midja kemm stampata kif ukoll tax-xandir, dwar kwistjonijiet ta' politika barranija u ta' sigurtà tal-UE. Għal dettalji dwar l-oqsma ta' kompetenza tal-EUISS, jekk jogħġbok ara l-paġni tar-Riċerkaturi Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel   Deutsch (de) English (en) français (fr) jew il-paġna tad-Direttur Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel   Deutsch (de) English (en) français (fr) .
 

l-Istitut tal-Unjoni Ewropea għall-Istudji dwar is-Sigurtà

Dettalji ta' kuntatt

Indirizz

100 avenue de Suffren

F-75015 Paris

France

Tel
+33 1 56 89 19 30
Fax
+33 1 56 89 19 31