Mogħdija tan-navigazzjoni

Aġenzija Ewropea għad-Difiża

L-Aġenzija Ewropea għad-Difiża twaqqfet taħt l- Azzjoni Konġunta tal-Kunsill tal-Ministri nhar it-12 ta’ Lulju 2004  sabiex:

  1. tmexxi ’l quddiem il-kapaċitajiet tad-difiża ta’ l-UE speċjalment fil-qasam tat-tmexxija tal-kriżi;

  2. tippromwovi l-kooperazzjoni fl-armamenti ta’ l-UE;

  3. issaħħaħ il-bażi tad-difiża industrijali u teknoloġika ta’ l-UE u toħloq suq Ewropew kompetittiv tat-tagħmir tad-difiża;

  4. tippromwovi r-riċerka, bl-għan li ssaħħaħ il-potenzal industrijali u teknoloġiku ta’ l-Ewropa fil-qasam tad-difiża.

B’konsegwenza ta’ dan, il-ħidmiet li għandha bħalissa l-Aġenzija jinkludu:

  1. l-ħolqien ta’ strateġija komprensiva u sistematika meta jiġu definiti u milħuqa l-ħtiġijiet tal-Politika tas-Sigurtà u d-Difiża Ewropea;

  2. il-promozzjoni tal-kollaborazzjonijiet fit-tagħmir tad-difiża bejn l-Istati Membri ta’ l-UE;

  3. l-assistenza fl-iżvilupp u r-ristrutturar ġenerali ta’ l-industrija Ewropea tad-difiża;

  4. il-promozzjoni tar-Riċerka u t-Teknoloġija relatati mad-difiża ta’ l-UE, waqt li l-prijoritajiet politiċi Ewropej jittieħdu f’kunsiderazzjoni;

  5. il-ħidma, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni, għall-iżvilupp ta’ suq kompetittiv fuq skala internazzjonali għat-tagħmir tad-difiża fl-Ewropa.

“Il-vantaġġ komparattiv” ta’ l-Aġenzija huwa l-kapaċità li tieħu ħsieb dawn l-aġendi kollha, u li tirrelatahom biex twettaq is-sinerġiji tagħhom.

Kap Eżekuttiv:
Claude-France Arnould

Għina nitjiebu

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

IvaLE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?