Mogħdija tan-navigazzjoni

L-Uffi ċċju għall-Armonizzazzjoni fi s-Suq Intern (Trade Marks u Disinni)

L-UASI huwa l-awtorità uffi ċjali li jwettaq il-proċeduri għat-trade marks Komunitarji mill-1996 u għad-disinni Komunitarji rreġistrati mill-2003. Dawn id-drittijiet ta' proprjetà intellettwali huma validi fi l-pajjiżi kollha ta' l-UE.

Is-sehem tal-UASI

Trade marks u disinni jaqgħu taħt il-liġi dwar kumpanniji privati. L-UASI huwa kemm aġenzija tal-Komunità Ewropea kif ukoll uffi ċċju tal-proprjetà industrijali b'funzjoni teknika: ir-reġistrazzjoni ta' drittijiet ta' proprjetà industrijali.

Bħala aġenzija li toff ri servizz, l-Uffi ċċju jrid ipoġġi l-klijenti tiegħu, jiġifi eri l-impriżi li jippreżentaw it-trade marks u d-disinni tagħhom ma' l-UASI, fi ċ-ċentru tal-mekkaniżmu sħiħ ta' l-Uffi ċċju u jrid jipprovdi l-aħjar servizz bl-aħjar prezz.

Trade marks u disinji fis-suq uniku

It-trade mark Komunitarja u d-disinn Komunitarju rreġistrat huma l-mezzi kif wieħed jikkrea suq wieħed. In-natura unitarja tagħhom tfi sser li l-formalitajiet u l-ġestjoni jistgħu jinżammu sempliċi: applikazzjoni waħda, ċentru amministrattiv wieħed u fajl wieħed x'jiġi ġestit.

ALiġi uniformi tapplika għal trade marks u disinni, li tagħti lok għal protezzjoni b'saħħitha u unika fl -Unjoni Ewropea kollha. Is-sempliċità fi l-proċeduri tfi sser illi l-ispejjeż huma ħafna anqas meta mqabbla ma' l-ispejjeż totali involuti f'reġistrazzjoni nazzjonali fi l-pajjiżi kollha ta' l-Unjoni Ewropea.

Id-daqs ta' l-UASI llum, il-ħeff a li biha kiber u l-mod kif seta' jibda jiffi nanzja lilu nnifsu mit-tieni sena biss minn meta beda jopera huma kollha xhieda tas-suċċess tas-sistema għas-servizz tas-suq wieħed.

Twaqqaf: 1994

President:
António Campinos

 Ara wkoll

  • Direttorju tal-UE "Min hu min" Deutsch (de) English (en) español (es) français (fr) italiano (it)  

Għina nitjiebu

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

IvaLE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?