Mogħdija tan-navigazzjoni

L-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta’ Kooperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni

L-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta’ Kooperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni ta’ l-Istati Membri ta’ l-Unjoni Ewropea twaqqfet mir-Regolament tal-Kunsill (KE) 2007/2004/ (26.10.2004, ĠU L 349/25.11.2004).

FRONTEX tikkoordina il-kooperazzjoni operazzjonali bejn l-Istati Membri fil-qasam tal-ġestjoni ta’ fruntieri esterni;tgħin l-Istati Membri fit-taħriġ ta’ gwardjani nazzjonali tal-fruntieri, inkluż it-twaqqif ta’ standards ta’ taħriġ komuni;twettaq analiżi tar-riskji;issegwi l-iżvilupp ta’ riċerka rilevanti għall-kontroll u s-sorveljanza ta’ fruntieri esterni;tgħin l-Istati Membri f’ċirkostanzi li jeħtieġu aktar għajnuna teknika u operazzjonali fi fruntieri esterni;u tipprovdi l-appoġġ meħtieġ għall-Istati Membri permezz ta’ l-organizzazzjoni ta’ ħidmiet bi sħab.

FRONTEX taħdem mill-qrib ma’ sħab oħra fil-Komunità u fl-UE li huma responsabbli għas-sigurtà tal-fruntieri esterni, bħal m’huma l-EUROPOL, iċ-ĊEPOL, l-OLAF, il-kooperazzjoni tad-dwana u l-kooperazzjoni responsabbli għall-kontrolli fitosanitarji u veterinarji, sabiex trawwem koerenza ġenerali.

FRONTEX issaħħaħ is-sigurtà tal-fruntieri billi tassigura l-koordinazzjoni tal-ħidmiet ta’ l-Istati Membri fit-twettiq ta’ miżuri Komunitarji li għandhom x’jaqsmu mal-ġestjoni tal-fruntieri esterni.

Direttur Eżekuttiv Ilkka Laitinen

 Ara wkoll

  • Direttorju tal-UE "Min hu min" English (en)  

Għina nitjiebu

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

IvaLE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?