You are here:

L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA)

Ħarsa ġenerali

  • Rwol: tipprovdi parir ibbażat fuq evidenza dwar id-drittijiet fundamentali
  • Direttur: ħatra pendenti
  • Stabbilita: fl-2007
  • Numru ta’ persunal: 105 
  • Lokalità: Vjenna (l-Awstrija)
  • Sit web: FRA

L-Aġenzija tal-UE għad-Drittijiet Fundamentali (FRA) tipprovdi pariri indipendenti bbażati fuq l-evidenza lill-UE u lil dawk li jieħdu deċiżjonijiet nazzjonali, u b’hekk tgħin sabiex jinħolqu dibattiti, politiki u leġiżlazzjoni dwar id-drittijiet fundamentali aktar infurmati u immirati.

Dak li tagħmel

Hi tagħti pariri lill-istituzzjonijiet tal-UE u lill-gvernijiet nazzjonali dwar id-drittijiet fundamentali, b’mod partikulari fl-oqsma:

  • tad-diskriminazzjoni
  • tal-aċċess għall-ġustizzja
  • tar-razziżmu u l-ksenofobija
  • tal-protezzjoni tad-dejta
  • tad-drittijiet tal-vittmi
  • tad-drittijiet tat-tfal.

L-Aġenzija għandha l-għan li tgħin biex tippromwovi u tipproteġi d-drittijiet fundamentali b’mod aktar effettiv fl-UE kollha. Biex tagħmel dan, il-Kummissjoni qiegħda tikkonsulta u tikkoopera mal-imsieħba tagħha dwar:

  • il-ġbir u l-analiżi tal-informazzjoni u tad-dejta permezz ta’ riċerka legali u soċjali
  • l-ipprovdir ta' assistenza u l-parir minn esperti
  • il-komunikazzjoni u l-qawmien ta' għarfien tad-drittijiet.

Struttura

L-FRA għandha 5 dipartimenti; 2 huma responsabbli għal pariri bbażati fuq l-evidenza soda tagħna, filwaqt li wieħed jinvolvi ruħu b’mod attiv mal-partijiet ikkonċernati. L-Aġenzija mmexxija minn Direttur Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel     English (en) , iggwidat:

  • Il- Bord tat-Tmexxija Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel     English (en) , li jiddefinixxi l-prijoritajiet tax-xogħol, japprova l-baġit u jimmonitorja x-xogħol tal-FRA. Għandu esperti indipendenti appuntati minn kull gvern nazzjonali, 2 rappreżentanti tal-Kummissjoni Ewropea u wieħed mill-Kunsill tal-Ewropa.
  • Il- Bord Eżekuttiv Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel     English (en) , li jipprepara d-deċiżjonijiet tal-Bord tat-Tmexxija
  • 11-il membru indipendenti tal- Kumitat Xjentifiku Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel     English (en) jiggarantixxu li x-xogħol tal-FRA jissodisfa standards xjentifiċi għoljin.

Kif taħdem

Ix-xogħol tal-Aġenzija hu ggwidat permezz ta' pjan strateġiku Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel     English (en) li jistabbilixxi dak li hi timmira li twettaq. Dan jinkwadra x-xogħol tal-FRA, flimkien mal- qafas ta' 5 snin Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel     English (en) , imfassal wara konsultazzjonijiet b'firxa wiesgħa mal-Bord u mal-korpi tal-UE. Imfassal ukoll Programm ta' Ħidma Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel     English (en) ddettaljat.

L-FRA taħdem mill-qrib mal-imsieħba tagħha fil-livelli tal-UE, nazzjonali u lokali sabiex tiżgura li l-attivitajiet tagħha huma rilevanti għall-kwistjonijiet ta’ drittijiet fundamentali attwali u għax-xejriet futuri.

L-Aġenzija għandha tikkonsulta firxa wiesgħa ta’ partijiet ikkonċernati biex tiżgura li l-proġetti tagħha jaqblu ma' nuqqasijiet u ħtiġijiet speċifiċi. Biex tiġbor flimkien tagħrif u riżorsi, l-FRA tikkoordina wkoll ir-riċerka tagħha u taqsam il-kompetenzi esprti tagħha ma' bosta organizzazzjonijiet Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel     English (en) , inklużi aġenziji tal-UE Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel     English (en) .

Min jibbenifika

L-FRA żżomm kooperazzjoni kontinwa mal-istituzzjonijiet u l-gvernijiet tal-UE, tipprovdilhom parir espert indipendenti u analiżi tad-drittijiet fundamentali. Hi waqqfet netwerks u stabbilit rabtiet ma’ msieħba fil-livelli kollha, sabiex il-parir u r-riċerka tagħha jistgħu jilħqu lil dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet fil-gvernijiet nazzjonali u fl-UE.

L-FRA żżomm b’mod partikulari relazzjonijiet ta’ ħidma mill-qrib:

l-Aġenzija tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea

Kuntatt

Indirizz

Schwarzenbergplatz 11

A-1040 WIEN

Österreich

Tel
+43 1 580 30 0
Fax
+43 1 580 30 699