Mogħdija tan-navigazzjoni

Il-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet ta' l-Għajxien u tax-Xogħol

Il-Fondazzjoni hija korp ta' l-Unjoni Ewropea li twaqqfet fl -1975 sabiex tikkontribwixxi lejn l-ippjanar u t-twaqqif ta' kondizzjonijiet aħjar ta' għajxien u xogħol fl -Ewropa. Tipprovdi sejbiet, tagħrif u pariri minn riċerki indipendenti u komparattivi lil gvernijiet, min iħaddem, trejdjunjins u l-Kummissjoni Ewropea.

Il-Fondazzjoni torganizza x-xogħol tagħha madwar tliet oqsma ta' kompetenzi speċjali, b'enfasi fuq il-kwistjonijiet segwenti:

  1. il-kondizzjonijiet tax-xogħol: inkluż l-organizzazzjoni tax-xogħol, kwistjonijiet ta' ħin fuq il-post tax-xogħol, fl essibilità, il-monitoraġġ ta' bidliet fi l-kondizzjonijiet tax-xogħol;

  2. il-kondizzjonijiet ta' l-għajxien: kwistjonijiet li jaff ettwaw il-ħajja ta' kuljum ta' ċittadini Ewropej, inkluż il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja familjari, il-provvista ta' servizzi pubbliċi soċjali u l-promozzjoni ta' integrazzjoni fl -impjiegi;

  3. relazzjonijiet industrijali: bidliet industrijali u ristrutturar korporattiv, il-parteċipazzjoni ta' impjegati fi t-teħid ta' deċiżjonijiet, l-ewropizzazzjoni ta' relazzjonijiet industrijali.

Il-Fondazzjoni għadha kif stabbiliet iċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tal-Bidla (European Monitoring Centre on Change) (EMCC) sabiex janalizza u jantiċipa bidliet industrijali u f'kumpanniji għas-sostenn tal-progress soċjoekonomiku.

Rapporti dwar ir-riċerka tal-Fondazzjoni jistgħu jitniżżlu mingħajr ħlas direttament mill-website jew jiġu ordnati online minn www.eurofound.europa.eu.

Il-Fondazzjoni għandha Bord Amministrattiv tripartitiku, magħmul minn rappreżentanti minn awtoritajiet pubbliċi (gvernijiet u l-Kummissjoni Ewropea), organizzazzjonijiet ta' min iħaddem u trejdjunjins.

Aġent Direttur:
Juan Menéndez-Valdés

Għina nitjiebu

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

IvaLE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?