You are here:

l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għal sistemi tal-IT fuq skala kbira

Eu-LISA twaqqfet biex tmexxi sistemi ta’ informazzjoni fuq skala kbira fil-qasam tal-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja. Hi tappoġġa b’mod attiv l-implimentazzjoni tal-politika tal-UE dwar

  • l-asil
  • il-migrazzjoni
  • l-immaniġġjar tal-fruntieri

L-għan ta' Eu-LISA hu li tappoġġa pajjiżi tal-UE fl-isforz tagħhom biex jisfruttaw it-teknoloġija sabiex l-Ewropa tkun aktar sikura.

Hi topera abbażi tar-rispett għad-drittijiet ċivili fundamentali u b'konformità mal-aktar standards stretti ta’ sigurtà u ta’ protezzjoni tad-dejta.

L-enfasi ewlenija ta' Eu-LISA hi l-immaniġġjar operazzjonali ta' dawn li ġejjin:

Stabbilita bir-Regolament (UE) 1077/2011, hi bdiet taħdem f'Diċembru 2012.

L-uffiċċju prinċipali ta' Eu-LISA jinsab f'Tallinn (l-Estonja), filwaqt li l-immaniġġjar operazzjonali tas-sistemi fuq skala kbira jsir fi Strasburgu (Franza), b'sit ta' backup f'Sankt Johann im Pongau (l-Awstrija).

Krum Garkov
Id-Direttur Eżekuttiv

l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għal sistemi tal-IT fuq skala kbira

Dettalji ta' kuntatt

Indirizz

EU House-Rävala pst 4
10143 Tallinn
Estonia

Links