Mogħdija tan-navigazzjoni

Il-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ

Il-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ (ETF) tgħin lill-pajjiżi msieħba jimmodernaw is-sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ sabiex jagħtu lil nieshom l-għarfien, is-snajja' u kapaċitajiet oħra meħtieġa f'ekonomiji u soċjetajiet dinamiċi. Inqisu l-edukazzjoni u t-taħriġ bħala parti minn sistema sħiħa ta' tagħlim.

Naħdmu mal-pajjiżi li jmissu mal-UE taħt il-programmi ta' kooperazzjoni esterni varji tagħha:

  • il-proċess ta' tkabbir (l-Albanija, il-Bosnja u Ħerzegovina, l-Islanda, il-Kosovo, dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, il-Montenegro, is-Serbja u t-Turkija)
  • Politika Ewropea tal-Viċinat (l-Alġerija, l-Armenja, l-Ażerbajġan, il-Belarus, l-Eġittu, il-Ġeorġja, l-Iżrael, il-Ġordan, il-Libanu, il-Libja, il-Moldova, il-Marokk, is-Sirja, it-Tuneżija, l-Ukraina, u l-Palestina.
  • il-partenarjat bejn l-UE u r-Russja
  • pajjiżi fl-Ażja Ċentrali (Każakstan, Kirgiżistan, Tajikistan, Turkmenistan u l-Uzbekistan).

Naħdmu fuq proġetti f'għadd kbir ta' oqsma, inklużi:

  • tagħlim tul il-ħajja
  • impjegabbilità u kompetittività
  • taħriġ tal-għalliema
  • assigurazzjoni tal-kwalità
  • aċċess ugwali għan-nisa u l-gruppi ta' minoranza
  • oqfsa ta' kwalifiki
  • tagħlim dwar l-intraprenditorija
  • kapaċitajiet għat-tnaqqis tal-faqar
  • teknoloġija fit-tagħlim
  • tmexxija u trasparenza
  • profili ta' kapaċitajiet tal-immigranti

F'dan il-kuntest, aħna:

  • nipprovdu tagħrif, parir u għajnuna lill-UE fl-iżvilupp tal-politiki tar-riżorsi umani f'pajjiżi msieħba
  • nappoġġjaw lill-partijiet interessati rilevanti fil-pajjiżi msieħba biex jibnu l-kapaċità fl-iżvilupp tar-riżorsi umani;
  • ngħinu biex inwasslu l-għajnuna tal-UE lill-partijiet interessati f'pajjiżi msieħba
  • inħeġġu n-netwerking u t-tqassim tal-informazzjoni, l-esperjenza u l-prattika tajba - kemm bejn l-UE u l-pajjiżi sħab, kif ukoll fost il-pajjiżi sħab.

Bħala ċentru internazzjonali tal-esperjenza, naħdmu mal-gruppi tal-partijiet interessati rilevanti biex nippromwovu u niffaċilitaw il-kooperazzjoni, l-iżvilupp tal-għarfien u l-iskambji ta' esperjenza fil-qasam tagħna.  Dawn jinkludu:

  • dawk responsabbli mill-politika, prattikanti u donaturi fl-UE, il-pajjiżi membri u l-pajjiżi sħab
  • Istituzzjonijiet Ewropej u internazzjonali bħal organizzazzjonijiet ta' donazzjoni bilaterali fil-pajjiżi tal-UE, il-Bank Dinji, l-Organizzazzjoni għall-Iżvilupp ta' Kooperazzjoni Ekonomika (OECD) u l-organizzazzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti.

Ħolqien: 1994

Direzzjoni: Madlen Serban

Għina nitjiebu

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

IvaLE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?