Mogħdija tan-navigazzjoni

Aġenzija Ewropea tas-Sigurtà Marittima

L-EMSA tipprovdi għajnuna teknika u appoġġ għall-UE u l-pajjiżi membri fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' liġijiet tal-UE dwar is-sikurezza marittima, it-tniġġis mill-vapuri u s-sigurtà marittima.

L-EMSA għandha wkoll ir-responsabbiltajiet għall-prevenzjoni u r-reazzjoni tat-tixrid taż-żejt, għas-sorveljanza tal-bastimenti u l-identifikazzjoni u t-traċċar mill-bogħod ta' bastimenti (LRIT).

Attivitajiet tal-EMSA

Spezzjonijiet tekniċi:

  • għajnuna fil-valutazzjoni ta' Soċjetajiet ta' klassifikazzjoni elenkati bħala "Organizzazzjonijiet Rikonoxxuti” mill-pajjiżi membri tal-UE
  • għajnuna fil-valutazzjoni ta' edukazzjoni marittima u s-sistemi ta' ċertifikazzjoni f'pajjiżi barra mill-UE
  • verifikar li vapuri deħlin fil-portijiet tal-UE jkunu spezzjonati kif xieraq
  • spezzjonar ta' sistemi ta' sorveljanza tat-traffiku tal-bastimenti nazzjonali, u l-faċilitajiet tal-iskart fil-portijiet u xogħol fuq pjanijiet fl-UE
  • forniment ta' għajnuna fil-kisba tal-investigazzjoni konsistenti ta' aċċidenti fil-baħar madwar l-UE kollha
  • taħriġ u skambju tal-aħjar metodi fis-sikurezza marittima, is-sigurtà u l-kwistjonijiet ambjentali.

Servizzi ta’ informazzjoni marittima:

  • Il-monitoraġġ tat-traffiku ta' bastimenti fl-ilmijiet tal-UE (SafeSeaNet) English
  • Iċ-Ċentru tad-Dejta kooperattiva tal-UE LRIT English għall-bastimenti kollha bil-bandiera tal-UE madwar id-dinja
  • L-iskambju internazzjonali tad-Dejta LRIT English għaċ-ċentri tad-dejta LRIT madwar id-dinja
  • Monitoraġġ bis-satellita tat-tixrid taż-żejt (CleanSeaNet) English
  • Is-sistema tal-informazzjoni THETIS English tappoġġa reġim ta' spezzjoni tal-kontroll mill-Istat tal-port

Reazzjoni għat-tniġġis tal-baħar:

  • Fi żmien siegħa wara tixrid qawwi ta' żejt, l-EMSA tista’ tibgħat bastimenti biex jipprovdu servizzi ta' rkupru taż-żejt fuq il-baħar fi kwalunkwe pajjiż tal-UE.

Stabbilita: 2002
Direttur: Markku Mylly

Għina nitjiebu

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

IvaLE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?