Mogħdija tan-navigazzjoni

Ċentru Ewropew ta' Monitoraġġ dwar id-Drogi u d-Dipendenza fuq id-Drogi

Iċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga (EMCDDA) huwa ċ-ċentru tal-informazzjoni li jkollha x'taqsam mad-droga fl-Unjoni Ewropea. Ir-rwol tiegħu hu li jiġbor, janalizza u jxerred "Informazzjoni fattwali, oġġettiva, komparabbli u ta' min joqgħod fuqha" dwar id-droga u d-dipendenza fuq id-droga. B'hekk jipprovdi stampa ċara bbażata fuq l-evidenza tal-fenomenu tad-droga fuq livell Ewropew.

Fost il-gruppi fil-mira taċ-Ċentru nsibu lil dawk li jfasslu l-politika, li jużaw din l-informazzjoni bħala għajnuna biex jifformulaw strateġiji nazzjonali u Komunitarji koerenti dwar id-droga. Insibu wkoll professjonisti u riċerkaturi li jaħdmu fil-qasam tad-droga u, b'mod aktar ġenerali, il-midja Ewropea u l-pubbliku.

Fil-qalba tal-ħidma taċ-Ċentru hemm l-isfida tat-titjib tal-ipparagunar tal-informazzjoni dwar id-droga madwar l-Ewropa u s-sejba tal-metodi u l-għodda meħtieġa biex dan jinkiseb. B'riżultat tal-isforzi s'issa, il-pajjiżi jistgħu jaraw kif jidhru fl-Ewropa u jeżaminaw il-problemi u l-għanijiet komuni. Element ewlieni tal-fenomenu tad-droga huwa n-natura dinamika, dejjem tiċċaqlaq tad-droga. Iċ-Ċentru għandu l-impenn ċentrali li jintraċċa l-iżviluppi l-ġodda. Iċ-Ċentru jġib l-informazzjoni l-aktar min-‘netwerk Reitox’: grupp ta' punti fokali f'kull wieħed mis-28 Stat Membru tal-UE, kif ukoll in-Norveġja, il-pajjiżi kandidati tal-UE u l-Kummissjoni Ewropea. Ir-rapport Annwali dwar l-istat tal-problema tad-droga fl-Ewropa u l-bullettin elettroniku tal-Istatistika joffru dehra annwali tas-sitwazzjoni u t-tendenzi tad-droga fl-Ewropa. Sadanittant ħarsiet ġenerali tal-Pajjiżi onlajn jipprovdu ġabra għanja ta' tagħrif nazzjonali li għandu x'jaqsam mad-droga.

Iċ-Ċentru jaħdem billi jassumi li l-informazzjoni tajba hija strumentali għal strateġija effettiva dwar id-droga. Għalkemm iċ-Ċentru ma jistax jipproponi xi tip ta' mudell politiku, xorta qed iħalli impatt ċar fuq it-teħid tad-deċiżjonijiet permezz tal-analiżi, l-istrumenti u l-istandards.

Mr Wolfgang GÖTZ,
Direttur

indirizz:
Cais do Sodré
1249-289 Lisbon
Portugal

Tel. +351 211 21 02 00
Fax +351 218 13 17 11

Email: info@emcdda.europa.eu
Internet: http://www.emcdda.europa.eu

Għina nitjiebu

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

IvaLE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?